It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

4.00 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunità tas-Sorijiet Dumnikani, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu, Ħal Safi.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu l-katekeżi fil-Museum tal-Bniet, Ħal Safi.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-katekisti kollha fil-Museum tas-subien, Ħal Safi.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fid-dar tas-Sorijiet Dumnikani, Ħal Safi.

It-Tlieta

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Kateketiku tal-Parroċċa Ġesu Nazzarenu, bħala parti miż-Żjara Pastorali tiegħu, tas-Sliema.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Kateketika, tas-Sliema (parroċċa Ġesù Nazzarenu).

L-Erbgħa

10.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan Ġiġi Sapiano O.P., bi tħejjija għall-Vista Pastorali fil-Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu tas-Sliema, fil-Kurja.

5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonja fid-dar tas-Sorijiet Dumnikani, Ħal Safi.

6.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizzazzjoni fid-dar tas-Sorijiet. Dumnikani, Ħal Safi.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjetà Ċivili fil-Kunsill Lokali, Ħal Safi.

Il-Ħamis

10.00 a.m. L-Arċisqof jmexxi Laqgħa ta’ Talb u jiċċelebra quddiesa mill-grupp ‘Praise the Name of Jesus’, Tal-Ibraġġ.

5.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ man-nies individwali fid-dar tas-Sorijiet Dumnikani, Ħal Safi.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-leaders taż-żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali, Ħal Safi.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) fiċ-Ċentru Parrokkjali, Ħal Safi.

Il-Ġimgħa

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd fil-Knisja Parrokkjali, Ħal Safi.

Is-Sibt

10.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adoloxxenti li se jagħmlu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, fil-Katidral tal-Imdina.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija, tal-Parroċċa ta’ Ġesu Nazzarenu, tas-Sliema.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu bħala ftuħ tal-Viżta Pastorali, u wara jiltaqa’ man-nies, tas-Sliema.

Il-Ħadd

11.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-Knisja Parrokkjali ta’ Pembroke.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.