Arkivji mensili: Novembru 2009

IL-KAMPANJA ‘MAKE MY HOUSE A HOME’

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija (GħST), li ilha mwaqqfa madwar 64 sena, hija għaqda li tixtieq twassal il-messagg li t-Teoloġija kapaċi tilħaq il-qalb tal-bniedem. Biex turi li qeda tkun sensittiva għall-esperjenza ta’ ħajjet il-bniedem, torganizza attivitajiet u tistieden lill-istudenti li qegħdin jistudjaw it-Teoloġija sabiex isiru jafu iktar lil xulxin u jaħdmu flimkien biex ikunu jistgħu jgħinu lil dawk in-nies li għandhom bżonn l-għajnuna u l-imħabba tagħhom.

Kull sena l-GħST b’kollaborazzjoni ma’ Radju RTK torganizza l-kampanja ‘Make my House a Home’ li fiha jsir ġbir għall-Preventive Care UnitKompli aqra »

IL-PAPA JITLOB GĦALL-WAQFIEN TAL-HIV/AIDS

Stop-AIDS-Hand

Il-Papa afferma dan qabel l-aħħar talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru, waqt li fakkar li nhar il-Ħamis se jkun iċċelebrat il-Jum Dinji tal-AIDS.

“Ħsibijieti u t-talb tiegħi jdur fuq dawk kollha milquta minn dal-mard, partikolarment it-tfal, l-ifqar u dawk rifjutati mis-soċjeta”, qal.

“Il-Knisja ma tiqafx tikkumbatti l-AIDS, kemm permezz tal-istituzzjonijiet tagħha u n-nies li għandha ffukati f’dan il-qasam”, żied jgħid Benedittu XVI… Kompli aqra »

It-Tielet Ittra tal-Arċisqof liż-Żgħażagħ

Fl-okkażjoni tal-bidu tal-Avvent, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP wassal it-tielet ittra tiegħu liż-żgħażagħ. Fuq din il-paġna tistgħu ssibu kopja ta’ din l-ittra li nqrat fl-attivita’ li saret apposta fil-bidu tal-Avvent, nhar il-Ħadd 29 ta’ Novembru 2009, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa.

Iż-Żagħżugħ Għani (Mt.19,16ss)

Għeżież Żgħażagħ,

Bil-għajnuna ta’ Alla għaddiet sena oħra minn meta ltqajna l-Oratorju il-Mosta u tkellimna dwar l-importanza li intom tkunu protagonisti fil-knisja tat-tielet millenju… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI MARSAXLOKK

28 ta’ Novembru –  4 ta’ Diċembru 2009

Is-Sibt, 28 ta’ Novembru

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan dwar iż-Żjara Pastorali

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tas-Silġ u wara jiltaqa’ man-nies

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Komunità tar-reliġjużi Karmelitani Skalzi u wara jiekol magħhom

Il-Ħadd, 29 ta’ Novembru

8.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies fuq iz-zuntier

10.15 a.m… Kompli aqra »

30 Novembru – 6 Diċembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

5.00 p.m. L-Arċisqof izur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet, Marsaxlokk, bħala parti miż-żjara pastorali.

6.00 p.m. L-Arċisqof izur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien, Marsaxlokk.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa ta’ Marsaxlokk.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti ta’ Marsaxlokk.

It-Tlieta

9.00 a.m… Kompli aqra »

SEJĦULHOM KRISTJANI – AVVENT 2009

Maħbubin Uliedna,

Aħna qegħdin inwasslulkom din l-Ittra Pastorali tagħna għall-Avvent, iż-żmien li għalina l-Insara jrid iwassalna biex niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu fostna.

Din is-Sena, dan l-Avvent se jkun ukoll magħqud ma’ żewġ miġjiet oħra li huma maħsubin biex jgħinuna nilqgħu dan il-messaġġ… Kompli aqra »

IL-PRESIDENT TAL-GHANA IFAĦĦAR L-ISPTAR MALTI MIBNI F’PAJJIŻU

Il-President tal-Ghana, John Atta Mills, kellu kliem ta’ tifħir għall-hopeXchange Health Project, li hu sejjaħ bħala sforz kollaborattiv uniku ta’ esperti u istituzzjonijiet mill-aqwa, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, li se jaħdmu flimkien biex jindirizzaw ħtiġijiet maġġuri tas-saħħa fil-Ghana u fl-Afrika ’l Isfel mis-Saħara.

Il-hopeXchange Medical Center inbena mill-organizzazzjoni tal-karitàHopeXchange, inizjattiva umanitarja tal-Institute for World Evangelisation – ICPE Mission, li għandu għarfien Pontifiċju u li twaqqaf f’Malta minn Mario u Anna Cappello fl-1985… Kompli aqra »

SPANJA: ABOZZ TA’ LIĠI DWAR L-ABORT, ISQFIJIET KONTRA L-LIĠI “INĠUSTA”

Ir-riforma fuq l-abbozz ta’ liġi dwar l-abort, il-kriżi ekonomika, u s-Sena ddedikata lis-Saċerdoti – kienu uħud mis-suġġetti diskussi mill-Konferenza Episkopali Spanjola fl-Assemblea Plenarja li ngħalqet f’Madrid llum is-Sibt.

Fi stqarrija maħruġa fi tmiem il-laqgħa, l-Assemblea fakkret fil-pożizzjoni tagħha dwar l-abbozz tal-liġi fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u fuq it-terminazzjoni volontarja tat-tqala li qed tkun dibattuta fil-Kamra tad-Deputati.

Filwaqt li rriaffermat dak li kien intqal fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti, fis-17 ta’ Ġunju, l-Assemblea irrimarkat li l-abbozz tal-liġi “jgħarraq is-sitwazzjoni tal-leġislazzjoni preżenti” u jagħmilha “iktar inġusta”… Kompli aqra »

ĦAMES SEMINARISTI JINGĦATAW IL-MINISTERU TAL-AKKOLITAT

L-Arċisqof Pawlu Cremona OP, il-Gimgħa, 27 ta’ Novembru 2009, mexxa ċelebrazzjoni Ewkaristika li fiha ħames seminaristi ngħataw il-Ministeru tal-Akkolitat. Il-funzjoni saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publiju, Floriana.

Il-ħames seminaristi, li jinsabu fis-sitt sena tal-kors tas-Seminarju huma Stephen Attard mill-Mosta, Rene’ Antoine Cilia mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, Nicholas Dimech mis-Siġġiewi, Stephen Magro minn Ħaż-Żabbar, David Torpiano mill-Floriana.

L-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat jimmarka pass ieħor fil-mixja tal-erba’ żgħażagħ lejn is-saċerdozju… Kompli aqra »

‘JEHTIEĠ IŻDA LI NASLU FI GŻIRA’ – IT-TEMA GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

‘Jeħtieġ iżda li naslu fi gżira’ (Atti 27, 26) hija t-tema magħżula mill-Isqfijiet Maltin għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010. Dan il-vers mill-Atti tal-Appostli ntagħżel mill-Isqfijiet propju għaliex is-silta f’dan il-kapitlu turi li għalkemm il-pjan u l-vjaġġ ta’ San Pawl kien li jmur Ruma, Alla kellu pjan differenti u ried li l-ġifen joħroġ minn triqtu u jasal Malta… Kompli aqra »