Ir-riforma fuq l-abbozz ta’ liġi dwar l-abort, il-kriżi ekonomika, u s-Sena ddedikata lis-Saċerdoti – kienu uħud mis-suġġetti diskussi mill-Konferenza Episkopali Spanjola fl-Assemblea Plenarja li ngħalqet f’Madrid llum is-Sibt.

Fi stqarrija maħruġa fi tmiem il-laqgħa, l-Assemblea fakkret fil-pożizzjoni tagħha dwar l-abbozz tal-liġi fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u fuq it-terminazzjoni volontarja tat-tqala li qed tkun dibattuta fil-Kamra tad-Deputati.

Filwaqt li rriaffermat dak li kien intqal fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Permanenti, fis-17 ta’ Ġunju, l-Assemblea irrimarkat li l-abbozz tal-liġi “jgħarraq is-sitwazzjoni tal-leġislazzjoni preżenti” u jagħmilha “iktar inġusta”.

“Ħadd b’sens ta’ raġuni “ma jista’ japprova jew jivvota favur dan l-abbozz ta’ liġi. Iktar minn hekk, il-kattoliċi għandhom iżommu f’moħħhom li appoġġ lil din il-liġi jfisser dnub, u allura ġaladarba kommess, ma jistgħux jersqu għat-tqarbin”.

Il-Konferenza Episkopali Spanjola żiedet li “l-kattoliċi, iqumu għad-dritt tal-ħajja tal-innoċenti u tal-iktar vulnerabbli; iqumu b’appoġġ favur edukazzjoni sesswali sana u li tippromwovi l-imġabba vera; iqumu għal nisa tqal li jeħtieġu sapport effettiv fid-dritt tagħhom tal-maternita; u jqumu għal liġijiet ġusti li jippromwovu l-ġid komuni mingħajr ma jaġevolaw l-inġustizzja”.