Arkivji mensili: Novembru 2009

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-AMBAXXATUR AMERIKAN

Il-Ħamis, 12 ta’ Novembru 2009, l-Ambaxxatur Amerikan għal Malta, Douglas W. Kmiec, għamel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Din il-laqgħa saret fir-residenza tal-Arċisqof Ħ’Attard.

Ritratt: Photocity, Valletta Kompli aqra »

159 STUDENT JIGGRADWAW MILL-ISTITUT TA’ FORMAZZJONI PASTORALI

Nhar it-Tlieta, 10 ta’ Novembru 2009, fis-Seminarju tal-Virtu’ r-Rabat, saret iċ-Ċerimonja ta’ Gradwazzjoni ta’ 159 student u studenta li segwew jew temmew b’suċċess wieħed minn seba’ korsijiet mmexxija mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Din iċ-ċerimonja tmexxiet mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP. Il-korsijiet kienu dawn:

Short Certificate in Evangelisation

Short Certificate in Christian Leadership II

Short Certificate in Missiology

Short Certificate in Catholic Social Teaching

Certificate in Spirituality

Short Certificate in Adolescent and Youth Ministry

Short Certificate in Catholic Religious Education

Nifirħu lill-gradwati! … Kompli aqra »

PAPA: L-ISPORT JGĦIN L-IŻVILUPP UMAN

Il-Papa Benedittu XVI qed jesprimi appoġġ għal programme sportivi, waqt li issottolinea l-irwol tal-atletiċi u l-attivita kompetittiva fil-formazzjoni tal-persuna. Il-Papa qal dan f’messaġġ mibgħut lill-parteċipanti fis-seminar bit-tema “L-Isport, l-Edukazzjoni u l-Fidi: Għal stadju ġdid fil-Moviment Kattolika Sportiv”, li sar fl-aħħar jiem f’Ruma.

Il-messaġġ intbagħat lill-Kardinal Stanislaw Rylko, Presidenttal-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi. L-attivita kienet organizzata mit-taqsima Knisja u Sport fi ħdan id-dekasteru.

Il-Papa afferma li “l-isport għandu potenzjal edukattiv notevoli, speċjalment fil-qasam taż-żgħażagħ… Kompli aqra »

IL-ĦAMES KUNGRESS KATEKETIKU LEJN TMIEM DIN IL-ĠIMGĦA

Il-Katekeżi hija mument importanti ħafna fil-ħidma tal-Knisja biex tlaqqa’ lill-bniedem ma’ Gesu’ Kristu u tipprova twasslu biex ħajtu jifhimha minn lenti ta’ fidi f’Alla. Propju għaliex il-Katekeiżi trid tiffaċilita l-laqgħa ma’ Alla, ma tistax tkun biss formoli ta’ duttrina validi dejjem u kullimkien.

Biex il-Katekeżi tkun tara u tikkomunika, trid tisma’ u tifhem id-domandi veri li l-bniedem iġorr fil-fond ta’ qalbu… Kompli aqra »

OPEN WEEKEND FIL-KUNVENT TAL-AGOSTINJANI R-RABAT

Vetustior Glorior

Fil-kunvent tal-Agostinjani tar-Rabat qed titħejja open weekend bit-tema Vetustior glorior: fidi, arti, kultura, storja. L-għan li għalih ser issir l-open weekend huwa doppju:

1. tkun opportunità, li l-pubbliku jkun jista’ jidħol u jżur post li normalment ikun magħluq għax huwa dar reliġjuża. Tkun opportunità kulturali fejn kull min jixtieq jista’ japprezza mhux biss il-wirt artistiku u arkitettoniku, iżda japprezza wkoll il-ħajja komunitarja tar-reliġjużi agostinjani, imsejsa fuq il-fidi… Kompli aqra »

IL-PRESIDENT TAL-KAZAKHSTAN IŻUR LILL-PAPA

Il-Papa Benedittu XVI u l-President tal-Kazakhstan qablu li dan hu pajjiż li jgawdi koeżistenza paċifika minn għadd ta’ fidili minn reliġjonijiet differenti. Dan ħareġ fi żjara li Nursultan Nazarbayev għamel lill-Papa fil-Vatikan, fejn huwa ltaqa’ wkoll mas-Segretarju tal-Istat, il-Kardinal Tarcisio Bertone u mas-Segretarju tal-Vatikan għar-Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi differenti, l-Arċisqof Dominique Mamberti.

Komunikat maħruġ mill-Vatikan irrapporta li “l-attenzjoni daret fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw l-kriżi ekonomika, fid-dawl tal-enċiklika Caritas in Veritate, għal kwistjonijiet ta’ djalogu inter-reliġjuż u l-promozzjoni tal-paċi, u dan kollu lejliet il-Presidenza tal-Kazakhstan tal-organizzazzjoni għas-sigurta u l-koperazzjoni fl-Ewropa”… Kompli aqra »

ORDNATI SEBA’ DJAKNI ĠODDA

Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa li fiha sitt seminaristi u reliġjuż mill-Ordni Agostinjan ġew ordnati Djakni, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. Id-djakni huma Fr. Deo Debono OSA, Fr. Stefan Galea, Fr. Mark Ellul, Fr. Emmanuel Schembri, Fr. Blake Camilleri, Fr. Marc André Camilleri, Fr. Noel Borg.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ŻJARA PASTORALI FIŻ-ŻEJTUN

Is-Sibt, 7 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-ftuħ taż-żjara pastorali fiż-Żejtun. Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof spjega kif kollox jibda mill-imħabba t’Alla għal bniedem, u li permezz tal-Knisja nistgħu nifhmu din l-imħabba u insiru nafu lil Kristu. L-Arċisqof qal li bl-istess mod li rċevejna dan il-wirt, huwa dmir tagħna bħala knisja li ngħixu u nħabbru din l-aħbar tal-imħabba t’Alla… Kompli aqra »

IRLANDA: ITTRA TAL-ISQFIJIET DWAR IL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT

“Fl-aħħar ftit snin, l-isforzi tagħna li nsalvaw l-art li ngħixu fuqha ma ħallietx wisq frott. Għal din ir-raġuni hu importanti li l-Knisja tgħallem lil kulħadd kif jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent”, qal l-Arċisqof tad-djoċesi ta’ Cashel & Emly, Mons Dermot Clifford, kif ħabbar l-ittra pastorali tal-Isqfijiet Irlandiżi dwar l-ambjent.

Id-dokument intitolat “The cry of the earth” – “Il-bikja tal-art” għandu jkun ippublikat t-Tlieta 10 ta’ Novembru u se jkun aċċessibbli fil-parroċċi bl-Ingliż, bl-Irlandiż u bil-Pollakk, akkumpanjat b’riflessjoni fuq l-istess suġġett f’format ta’ DVD… Kompli aqra »

JUM IT-TIFKIRA 2009

DISKORS TAL-ARĊISQOF WAQT IL-PONTIFIKAL TA’ JUM IT-TIFKIRA – 8 ta’ Novembru, 2009

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Aħna llum ġejna hawnhekk bħala komunita’ nisranija biex niċċelebraw lill-Mulej Ġesu’ f’offerta li hu għamel lil Alla l-Missier minn fuq is-Salib: “F’idejk, Missier, jien nerħi ruħi” (Lq 23,46). Illum f’att ta’ mħabba u rikonoxximent qegħdin infakkru t-tbatija u l-mewt tiegħu fid-dawl ta’ dawk kollha li b’sagrifiċċju ta’ ħajjithom, mietu fiż-żewġ Gwerer Dinjin… Kompli aqra »