Arkivji mensili: Novembru 2009

9 – 15 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-Katekizmu fiż-żona tal-Ħniena taż-Żejtun bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet taż-Żejtun.

6.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien taż-Żejtun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u Kunsill Ekonomiku Parrokkjali.

It-Tlieta

9.00 a.m… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-PARROĊĊA TAŻ-ŻEJTUN

7 – 22 ta’ Novembru 2009

Is-Sibt, 7 ta’ Novembru

5.15 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun u wara jiltaqa’ man-nies.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili fis-Sala Parrokkjali.

It-Tnejn, 9 ta’ Novembru

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu il-Katekizmu fiċ-Ċentru tat-Tagħlim Nisrani Madonna tal-Ħniena.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-bniet li jattendu il-Katekizmu fil-fergħa tal-Museum tal-Bniet… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA PRIMARJA TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR

Il-Ħamis, 5 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP żar il-kulleġġ Maria Reġina, Primarja San Pawl il-Baħar. F’din l-iskola jattendu 770 student, fosthom tfal minn 23 pajjiz differenti. Il-ġurnata bdiet bil-laqgħa tal-Arċisqof mat-tfal tal-iskola, li kantaw l-innijiet tal-kulleġġ u tal-iskola, u innu ieħor li nkiteb apposta għall-okkazjoni ‘Merħba Pawlu’.  Matul iż-żjara l-Arċisqof ingħata madwar 40 hamper tal-ikel li nġabru mill-istudenti biex jingħataw lill-familji u lit-tfal fil-bżonn, u għotja mill-Kunsill Skolastiku… Kompli aqra »

X’ġara Waqt is-Seminar ‘Viżjoni u Pjan ta’ Ħidma mal-Adolexxenti’

Fis-seminar li sar nhar l-24 ta’ Ottubru, 2009, fl-Istitut Kattoliku fil-preżenza ta’ Mons. Arċisqof Pawl Cremona, OP u ta’ diversi mistiedna flimkien ma’ numru tassew sabih ta’ Operaturi Pastorali, Sr.Alexandra Chircop, flimkien mat-Tim taghha f’isem is-Segretarjat għall-Katekeżi  ppreżentat Dokument dwar ir-realta` tal-adolexxenti f’Malta mill-perspettiva tal-formazzjoni reliġjuża tagħhom barra l-ambjent skolastiku. Dan id-dokument huwa frott ta’ konsultazzjoni  wiesa’ mal-adolexxenti u ma’ bosta nies li b’mod dirett u indirett huma involuti mal-adolexxenti… Kompli aqra »

SENTENZA TAL-QORTI EWROPEA KONTRA L-KURĊIFISS FIL-KLASSIJIET FL-ITALJA

A crucifix in a classroom

Il-Qorti Ewropea tad-drittijiet umani tat sentenza kontra l-użu tal-kurċifiss fil-klassijiet tal-iskola fl-Italja. Qalet li l-prattika tikser id-drittijiet tal-ġenituri li jedukaw lil uliedhom kif iħossu li hu l-aħjar, minbarra li tmur kontra d-dritt tal-liberta reliġjuża tat-tfal. Il-każ tqajjem minn omm Taljana, Soile Lautsi, li trid tagħti lil uliedha edukazzjoni sekulari.

Is-sentenza tal-Qorti ġabet rabja qawwija fl-Italja, pajjiż fil-maġġoranza tiegħu nisrani Kattoliku… Kompli aqra »

ĠABRA TA’ TAGĦRIF FUQ IL-MEDIA KATTOLIKA MADWAR ID-DINJA

www.intermirifica.net

Il-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali nieda sit internet ġdid biex jiġbor u jipprovdi informazzjoni fuq il-media kattolika madwar id-dinja. Il-portal, www.intermirifica.net tnieda b’kollaborazzjoni mal-Konferenza Episkopali tal-Amerika Latina u ma’ SIGNIS, l-Asoċjazzjoni Kattolika Dinjija għall-Komunikazzjoni. Bħalisa, is-sit hu offrut bl-Ispanjol, anki meta traduzzjonijiet għall-Ingliż, għall-Franċiż u l-Portugiż huwa imminenti li jiġu mnedija.

Id-direttorju għandu struttura msejħa “wiki”, jiġifieri hu disinjat li jkun komplut u aġġornat mill-istess persuni li jużawh… Kompli aqra »

ITALJA: MESSAĠĠ GĦALL-JUM FAVUR IL-ĦAJJA

Secretary for Italian Episcopal Conference

“Il-qawwa tal-ħajja: sfida fir-realta tal-faqar” huwa t-titlu ta’ messaġġ li l-Kunsill Permanenti tal-Konferenza Episkopali Taljana kiteb għall-okkażjoni tat-32 Jum Favur il-Ħajja li se jkun iċċelebrat fis-7 ta’ Frar 2010. “Kull ħajja għandha tiġi mgħejxa anke f’sitwazzjoni ta’ faqar kbir. Użu ħażin tal-ġid materjali u kultura ta’ konsumeriżmu esaġerat jistgħu jwasslu għal ħajja fqira, bil-konsegwenza wkoll li jiġu injorati miljuni ta’ nies, b’dannu wkoll għad-dinja in ġenerali… Kompli aqra »

2 – 8 ta’ Novembru

It-Tnejn

8.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tat-tifkira solenni tal-Mejtin Kollha, fil-KonKatidral ta’ San Ġwann.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika tal-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita`.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni żgħażagħ u maż-żgħażagħ tal-istess parroċċa.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Konferenza Episkopali fil-Kurja.

4.00 p.m… Kompli aqra »