Fis-seminar li sar nhar l-24 ta’ Ottubru, 2009, fl-Istitut Kattoliku fil-preżenza ta’ Mons. Arċisqof Pawl Cremona, OP u ta’ diversi mistiedna flimkien ma’ numru tassew sabih ta’ Operaturi Pastorali, Sr.Alexandra Chircop, flimkien mat-Tim taghha f’isem is-Segretarjat għall-Katekeżi  ppreżentat Dokument dwar ir-realta` tal-adolexxenti f’Malta mill-perspettiva tal-formazzjoni reliġjuża tagħhom barra l-ambjent skolastiku. Dan id-dokument huwa frott ta’ konsultazzjoni  wiesa’ mal-adolexxenti u ma’ bosta nies li b’mod dirett u indirett huma involuti mal-adolexxenti. F’dan id-dokument huma  nklużi l-Viżjoni, il-Missjoni u  Pjan ta’ Ħidma  li s- Segretarjat qiegħed jipproponi li jwettaq mal-adolexxenti f’diversi ambjenti,  mal-ġenituri u mal-Operaturi Pastorali.

Flimkien ma’ din il-preżentazzjoni ġie wkoll ippreżentat Programm Organiku u ieħor ta’ Organizzazzjoni Tematika li joffri  itinerarju ta’ akkumpanjament kateketiku li jista’ jintuża fil-laqgħat  mal-adolexxenti.

Kemm id-Dokument kif ukoll l-Itinerarju Kateketiku, huma in process and in progress hekk nibqgħu Knisja aġġornata skont is-sinjali taż-żmenijiet.

Kemm id-dokument kif wkoll il-materjal kollu sa jkun fuq il-website ufficjali tas- Segretarjat għall-Katekeżi fil-futur qrib.

Ħajr lil  Fr. René  Camilleri – Delegat għall-Katekeżi, tad-direzzjoni,  sapport u inkoraġġiment li  joffrilna, ħajr ukoll  lit-Tim kollu tas-sezzjoni  Adolexxenti fi ħdan is-Segretarjat, nirringrazzjaw ukoll lill-Operaturi Pastorali tal-prezenza u tal-kontribut siewi tagħhom.

Artiklu miktub minn Sr Alexandra Chircop