It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-ċentru tal-Katekizmu fiż-żona tal-Ħniena taż-Żejtun bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-lokalita’.

5.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet taż-Żejtun.

6.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tas-subien taż-Żejtun.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu u Kunsill Ekonomiku Parrokkjali.

It-Tlieta

9.00 a.m. Mons. Prof. Vincent Borg jippreżenta kopja tat-tieni volum tal-ktieb tiegħu ‘Melita Sacra’ dwar id-djoċesi ta’ Malta fis-seklu sittax.

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Koordinatur Nazzjonali tal-Moviment Karizmatiku Kattoliku, Jude Muscat, fil-Kurja.

11.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-Konferenza tad-Diretturi tal-Formazzjoni Permanenti tal-Kleru tal-Ingilterra, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, f’Mount Saint Joseph,  Tarġa Gap.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju.

7.00 p.m. L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni tal-Istitut Formazzjoni Pastorali, fis-Seminarju.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof jjippresiedi laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani fid-Dar tal-Kleru, B’Kara.

4.30 p.m. L-Arisqof iżur iċ-ċentru tal-Katekizmu tal-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

5.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u mal-Koppji Mexxejja tal-parroċċa taż-Żejtun.

7.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura t-tielet dar għall-persuni b’dizabilita fiż-Żejtun, Dar Jean Vanier, jiltaqa’ mar-residenti u jiekol magħhom.

Il-Ħamis

8.30 a.m. L-E.T. Douglas W. Kmiec, Ambaxxatur tal-Istati Uniti jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof.

11.00 a.m. L-Arċisqof iżur grupp ta’ saċerdoti li qed jagħmlu irtir fid-Dar Ħanin Samaritan, Sta Venera.

4.30 p.m. L-Arċisqof iżur il-komunita’ tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu, fiż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof iżur iċ-Ċentru Katekizmu Nazju Falzon fl-istess lokalita’.

7.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa taż-Żejtun.

Il-Ġimgħa

10.45 a.m. L-E.T. Robbert Ian Gabrielse, Ambaxxatur ta’ l-Olanda jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof.

12.00 p.m. L-Arċisqof iqassam flus li nġabru fil-kampanja tal-Milied ta’ Radju RTK lil diversi istituzzjonijiet ta’ karita.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi l-laqgħa tal-Kunsill Rappreżentattiv Djoċesan u l-Kunsill Finanzjarju Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adoloxxenti u żgħażagħ taż-Żejtun.

Is-Sibt

9.00 a.m. L-Arċisqof jattendi għall-konferenza nazzjonali dwar il-Katekezi, organizzata mis-Segretarjat tal-Katekeżi fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Ħ’Attard.

6.30 p.m. L-Arċisqof  jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti taż-Żejtun.

Il-Ħadd

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur is-Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesu fiż-Żejtun.

10.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena, iż-Żejtun u jikkonsagra l-artal.

6.00 p.m. L-Arċisqof jinawgura d-dar taż-Żgħażagħ Ħaddiema Insara f’San Pawl il-Baħar.