Yearly Archives: 2009

TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA

F’dawn il-ġranet, Fr Charles Tabone OP u Mr Kevin Papagiorcopulo, mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja, flimkien ma’ Fr Jesmond Manicaro, responsabbli mill-Liturġija, kienu Ruma biex jħejju għaż-żjara tal-Papa f’Malta. Huma ltaqgħu ma’ Padre Frederico Lombardi S.J., id-direttur ġenerali tas-Sala Stampa tas-Santa Sede, tar-Radju tal-Vatikan u taċ-Ċentru televiziv tal-Vatikan, kif ukoll mad-diriġenti u t-tekniċi tar-Radju tal-Vatikan u taċ-ċentru televiziv. Laqgħat oħra kienu mad-direttur tal-gazzetta uffiċjali tal-Vatikan, l-Osservatore Romano… Kompli aqra »

ID-DIVORZJU FL-IRLANDA …L-ESPERJENZA TGĦALLIMNA

The Cana Movement would like to invite the general public to a conference on the subject ‘Divorce in Ireland – The experience of another Catholic country’. The guest speaker for this conference will be David Quinn, Chairperson of Iona Institute in Ireland and religious affairs commentator on radio and TV. The conference will be held on Friday 20th November at 7.00pm, at the Catholic Institute (Sala San Pawl), Floriana… Kompli aqra »

IL-PAPA F’SUMMIT TAL-ĠNUS MAQGĦUDA DWAR L-IKEL

It-Tnejn, il-Papa żar il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tal-Ġnus Maqgħuda f’Ruma biex jitkellem f’isem il-popli dwar id-dritt fundamentali tal-ikel. Id-direttur għall-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Patri Ġiżwita Federico Lombardi tkellem dwar dan fil-programm Octava Dies, waqt li analiżża ir-raġunijiet għala l-Papa kien se jieħu sehem f’dan is-summit dinji dwar is-sigurta fl-ikel.

Il-kelliemi għall-Vatikan irrefera għal frażi minn Caritas in Veritate fejn intqal: “Hu għaldaqstant meħtieġ li tkun ikkultivata l-kuxjenza pubblika li tikkunsidra l-ikel u l-aċċess għall-ilma bħala drittijiet universali għal kulħadd, mingħajr ebda distinzjoni jew diskriminazzjoni”… Kompli aqra »

UE: IL-BINI TA’ EWROPA TA’ DRITTIJIET U VALURI

Bit-tema “Il-bini ta’ Ewropa ta’ ċittadini” : illum u għada, Jerzy Buzek, President tal-Parlament Ewropew u Per Westerberg, fit-tmexxija tal-Assemblea Svediża, se jkunu qed jippresiedu laqgħa ta’ Membri Parlamentari nazzjonali u Ewropej tas-27 stat membru, b’iffukar fuq il-programm ta’ Stokkolma 2010-2014.

“Il-Promozzjoni ta’ Ewropa ta’ drittijiet u valuri” hu l-ewwel punt fuq l-aġenda tad-diskussjoni. Diskussjonijiet oħra se jsiru fuq is-sigurta u l-protezzjoni taċ-ċittadini… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JINAWGURA ĊENTRU TAŻ-ŻĦN

On Sunday 15th November 2009, Archbishop Paul Cremona OP inaugurated the ŻĦN Cardijn Centre for Education and Recreation at St. Paul’s Bay. The centre managed by Żgħażagħ Ħaddiema Nsara (ŻĦN) and Youtheme will be at the service of young people contributing to their formation and recreative aims. Previously known as ZHN Holiday Centre, back in the 1960s it provided an affordable holiday away from home for young workers with minimum wage… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIKKONSAGRA L-ARTAL MAĠĠUR TAL-KNISJA TAL-MADONNA TAL-ĦNIENA

Waqt iż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ħadd 15 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena fejn ikkonsagra wkoll l-artal maġġur. Il-laqgħat tal-Arċisqof man-nies ser ikomplu matul din il-ġimgħa. Nhar il-Ħamis l-Arċisof se jippresiedi l-Assemblea Parrokkjali. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

JASAL FI TMIEMU L-KUNGRESS KATEKETIKU NAZZJONALI 2009

Emerġenza Fidi Għaliex? …id-diskors ta’ Fr Rene Camilleri waqt il-Kungress Kateketiku Nazzjonali 2009

Jiena nqis bħala wieħed mill-iktar kapitli importanti, bażiċi tal-Konċilju Vatikan II, it-tieni kapitlu tal-Kostituzzjoni Dei Verbum fuq it-trasmissjoni tar-Rivelazzjoni Divina. Għax il-mod kif il-Knisja tittrasmetti, jirrifletti ħafna il-Knisja x’inhi, u viċi versa. Fin-numru 8, li iktar speċifikament jitkellem dwar it-tradizzjoni ta’ din ir-Rivelazzjoni, l-att ta’ kif il-Knisja tgħaddi b’mod ħaj dak li rċeviet, il-Konċilju jgħid li l-Knisja fid-duttrina, fil-ħajja u fil-liturġija tipperpetwa u tittrasmetti lil kull ġenerazzjoni dak kollu li hi, dak kollu li temmen… Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Novembru

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju.

It-Tlieta

4.30 p.m. L-Arċisqof jżur il-komunita’ tas-Sorijiet Ġesu Nazzarenu, fiż-Żejtun.

6.00 p.m. L-Arċisqof jżur l-Istitut Paolo Freire, fiż-Żejtun.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni li jixtiequ jkellmuh, bħala parti miż-żjara pastorali fil-parroċċa taż-Żejtun… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF F’LAQGĦA MAŻ-ŻGĦAŻAGĦ MILL-PARROĊĊA TAŻ-ŻEJTUN

Bħala parti miż-żjara pastorali fiż-Żejtun, il-Ġimgħa 13 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP ltaqa’ mal-membri tal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ mill-parroċċa taż-Żejtun. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm Fr Savio Vella, delegat tal-Arċisqof għaż-żgħażagħ u Dun Eric Overand, Arċipriet taż-Żejtun.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

KONFERMA LI L-PAPA BENEDITTU XVI SE JŻUR MALTA F’APRIL

Il-Papa Benedittu XVI se jżur Malta s-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ April 2010, fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Il-Papa se jasal Malta s-Sibt wara nofsinhar u jħalli pajjizna l-Ħadd filgħaxija. Mal-wasla tieg]u, wara laqgħat mal-ogħla Awtoritajiet Ċivili, il-Qdusija Tiegħu se jżur il-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat. Il-Ħadd filg]odu, il-Papa se jmexxi ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana u wara nofsinhar, laqgħa maż-żgħażagh fil-Valletta Waterfront… Kompli aqra »