ĠABRA TA’ TAGĦRIF FUQ IL-MEDIA KATTOLIKA MADWAR ID-DINJA
03/11/2009www.intermirifica.net
Il-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjonijiet Soċjali nieda sit internet ġdid biex jiġbor u jipprovdi informazzjoni fuq il-media kattolika madwar id-dinja. Il-portal, www.intermirifica.net tnieda b’kollaborazzjoni mal-Konferenza Episkopali tal-Amerika Latina u ma’ SIGNIS, l-Asoċjazzjoni Kattolika Dinjija għall-Komunikazzjoni. Bħalisa, is-sit hu offrut bl-Ispanjol, anki meta traduzzjonijiet għall-Ingliż, għall-Franċiż u l-Portugiż huwa imminenti li jiġu mnedija.
Id-direttorju għandu struttura msejħa “wiki”, jiġifieri hu disinjat li jkun komplut u aġġornat mill-istess persuni li jużawh… Kompli aqra »