Il-Papa Benedittu XVI se jkun qed iżur il-post fejn twieled Papa Pawlu VI u jinawgura l-bini ġdid għall-Istitut ddedikat lil dan l-Isqof ta’ Ruma li dam bejn l-1963 u l-1978.
Iż-żjara pjanata għat-8 ta’ Novembru lejn Concesio se tkun qed issir fil-kuntest taż-żjara pastorali tal-Papa lejn il-provinċja Taljana ta’ Brescia, 30 sena wara l-mewt ta’ Pawlu VI.
L-uffiċċju stampa tal-Vatikan ippubblika l-programm uffiċjali għal żjara pastorali ta’ ġurnata. Il-Papa jasal fi Brescia fid-9.30am. Huwa mbagħad jagħmel żjara privata fil-Knisja parrokjali ta’ Botticino Sera, fejn jagħti qima lill-fdalijiet ta’ San Archangel Tadini.
Imbagħad jintlaqa’ fid-Duomo taċ-ċimiterju ta’ Brescia, u jagħmel żjara qasira fil-Knisja. Quddiesa konċelebrata se ssir fl-10.30am fi Pjazza Pawlu VI tal-belt ta’ Brescia. Il-Papa jindirizza l-omelija u jitlob l-Angelus eżatt wara.
Fl-4 ta’ wara nofsinhar, Beneditt XVI isellem lill-organizzaturi taż-żjara fiċ-ċentru pastorali Pawlu VI ta’ Brescia.
Ġaladarba f’Concesio, fil-4.45pm il-Papa skedat li jżur id-dar fejn Giovanni Montini, li mbagħad sar Papa Pawlu VI, twieled, u l-bini l-ġdid tal-Istitut Pawlu VI. Fil-5.30pm issir laqgħa uffiċjali biex jiġi inawgurat il-bini l-ġdid u jingħata is-sitt premju Internazzjonali Pawlu VI fl-Awditorju Vittorio Montini tal-Istitut Pawlu VI. Il-Papa se jindirizza wkoll indirizz matul din iċ-ċerimonja.
Iżjed tard, il-Papa se jżur il-parroċċa ta’ San Anton f’Concesio, fejn Montini kien mgħammed, u hemm jagħti l-indirizz tiegħu. Jerġa lura lejn il-Vatikan ftit wara t-8 ta’ filgħaxija.
Iż-żjara ta’ Benedittu XVI fi Brescia se jkun “mument intens ta’ għaqda u talb”, qal l-Isqof Luciano Monari ta’ Brescia, appena ngħatat l-aħbar konfermata taż-żjara.