Yearly Archives: 2009

IL-KNISJA F’MALTA TĦADDEM AKTAR MINN 2,500 PERSUNA

Matul is-sena li għaddiet, il-Knisja f’Malta kienet tħaddem magħha ftit iktar minn 1,100 persuna, bi spiża ta madwar €12-il miljun f’pagi. Dawn barra l-madwar 1,400 għalliem oħra fl-iskejjel tagħha, li madankollu jirċievu s-salarju tagħhom mill-Istat, skont il-ftehim li kien sar bejn l-Istat Malti u s-Santa Sede f’Novembru 1991. Dawn iċ-ċifri jpoġġu lill-Knisja f’Malta fost l-ikbar employers fil-pajjiż.

Ċifri mgħoddija lil IL-ĠENSillum juru li fi tmien is-sena li għaddiet, il-Knisja kienet tħaddem magħha 1,115-il persuna… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF ROWAN WILLIAMS F’LAQGĦA MAL-PAPA DWAR IL-PJAN GĦALL-ANGLIKANI

Anglican Archbishop Rowan Williams

L-Arċisqof ta’ Canterbury se jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI hekk kif qed tiżdied it-tensjoni dwar l-offerta tal-Vatikan li dan jilqa’ fi ħdanu Anglikani li xtaqu jingħaqdu fi ħdan il-Knisja Kattolika. Il-proposta tal-Papa tippermetti lil dawn l-Anglikani jikkonvertu waqt li jżommu għadd ta’ tradizzjonijiet u prattiċi li kellhom.

L-Arċisqof Rowan Williams qal li jemmen li din l-inizjattiva bl-ebda mod mhu se toħloq ħsara lir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat… Kompli aqra »

KRISTU RE 2009

Nhar il-Ħadd li ġej, 22 ta’ Novembru 2009, se tiġi organizzata ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re bit-tema “Miftuħin għal Alla, miftuħin għal ħutna”. Is-segretarju pastorali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, Mons Charles Cordina, qal li din it-tema tistedinna lkoll nieħdu responsabilta’ tal-ġustizzja u s-solidarjeta’ kull fejn inkunu. Din it-tema intagħzlet minhabba li ċ-ċelebrazzjoni se tiffoka fuq l-Enċiklika tal-Papa Benedittu XVI ‘Caritas In Veritate’. Il-programm jinkludi feature li jispjega l-punti ewlenin ta’ din l-Enċiklika, b’emfażi fuq il-globalizazzjoni, l-kriżi finanzjarja, l-immigrazzjoni u l-ambjent… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPRESIEDI L-ASSEMBLEA PARROKKJALI TAŻ-ŻEJTUN

Bħala parti miż-żjara pastorali li l-Arċisqof Pawlu Cremona OP qed jagħmel fiż-Żejtun, il-Ħamis 19 ta’ Novembru 2009, l-Arċisqof ippresieda l-Assemblea Parrokkjali. Il-laqgħat tal-Arċisqof fiż-Żejtun ser ikomplu nhar il-Ħadd li ġej b’Quddiesa fl-10.00a.m. fiż-żona San Martin, u laqa’ mar-residenti taż-żona ta’ Ħal Tmiem fil-11.30a.m. Kulħadd huwa mistieden li jattendi.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

SEMINAR FUQ L-ENĊIKLIKA “CARITAS IN VERITATE”

A Seminar organized by the Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation on the relevance of “Caritas in Veritate”, the most recent encyclical penned by Pope Benedict XVI, to today’s socio-economic reality of Malta, will have as speakers the Prime Minister, Dr Lawrence Gonzi , the Leader of the Opposition, Dr Joseph Muscat, and the Archbishop of Malta, Mgr Pawlu Cremona OP. The Seminar is organized by Centesimus Annus Pro Pontifice Foundation – Malta Chapter together with the Pastoral Formation Institute and the Centru Animazzjoni u Komunikazzjoni in collaboration with the Kummissjoni Gustizzja u Paci, Centru Fidi u Gustizzja, and Kummissjoni Teologika… Kompli aqra »

LECTIO DIVINA NHAR IS-SIBT LI ĠEJ

L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija – www.ghstmalta.org – flimkien mal-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita’ ta’ Malta u l-Istitut Karmelitan qed jorganizzaw Lectio Divina nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru fis-7.30pm fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina immexxija minn Profs Anthony Frendo.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla… Kompli aqra »

IS-SIGURTA FIT-TOROQ: “IR-RESPONSABBILTAJIET MORALI”

Traffic Accident

“Il-Knisja Kattolika tħares lejn il-moralita, l-ewwel u qabel kollox, bħala żvilupp pożittiv għall-umanita. Fil-forom u l-aspetti kollha tagħha, il-mobilita hi fattur karatteristiku tal-ħajja umana u l-iżvilupp kulturali, li huma inseparabbli mill-iżvilupp tal-ekonomiji adekwati.”

Dan qalu l-Arċisqof Agostino Marchetto, li jirrappreżenta s-Santa sede fl-ewwel konferenza Ministerjali globali dwar is-sigurta fl-ikel, li qed issir f’moska u tintemm għada.

Mons Marchetto kompla jgħid li “mingħajr l-infrastruttura tas-sistema tat-trasport, ħafna nies isibuha bi tqila biex isibu impjieg jew jibbenefikaw minn servizzi bażiċi fil-kuntest soċjali, kulturali u mediku”… Kompli aqra »

IL-KULLEĠĠ TAL-KAPPILLANI DWAR ID-DOKUMENT TAL-FESTI

Il-Kulleġġ tal-Kappillani wara laqgħa li saret l-Erbgħa, 18 ta’ Novembru 2009, fil-preżenza tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, fid-Dar tal-Kleru Fleur-de-Lys, biex jirrifletti u jiddiskuti d-dokument konsultattiv “Nirrestawraw il-Festi Flimkien”, intenni li:

  • Il-Kulleġġ tal-Kappillani jagħraf u japprezza l-valur tal-Festi.  Huma ma jistgħux ikunu kontra l-Festi meta dawn jirriflettu u jgħinu l-mixja nisranija tal-parroċċi.  M’għandna l-ebda ħsieb li nfixklu l-organizzazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni tal-Festi meta jirrispettaw dan l-ispirtu.  …
  • Kompli aqra »

ITTRA LIS-SAĊERDOTI FIR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊINA

Cardinal Tarcisio Bertone

Kienet ippublikata l-ittra tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, li kiteb il-Papa Benedittu XVI lis-saċerdoti tal-Knisja Kattolika fir-Repubblika taċ-Ċina għall-okkażjoni tas-sena ddedikata lis-saċerdoti, li ssejħet biex tfakkar il-150 anniversarju mill-mewt ta’ San Ġwann Maria Vianney, magħruf bħala l-Kurat t’Ars.

“Fl-ittra li permezz tagħha l-Papa indirizza lill-Isqfijiet, lis-saċerdoti u l-persuni fil-ħajja kkonsagrata, kif ukoll il-lajċi, issemmew linjigwida għall-ġejjieni tal-Knisja”, spjega l-Kardinal Bertone fl-ittra li kienet ippubblikata biċ-Ċiniż, bl-Ingliż u bit-Taljan… Kompli aqra »