Yearly Archives: 2010

‘IL-LIBERTA RELIĠJUŻA, LEJN IL-PAĊI’

Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għall-44 Jum Dinji tal-Paċi, iċċelebrat fl-1 ta’ Jannar 2011, huwa bbażat fuq it-tema tal-liberta reliġjuża, t-triq lejn il-paċi. Din it-tema hija estremament ċentrali, speċjalment minħabba l-fatt li tolqot dimensjonijiet oħra tal-ħajja umana fis-soċjeta tal-lum. Il-Papa jaċċenna għall-importanza tal-vuċi tal-Knisja, fir-rigward tad-dritt għal-liberta reliġjuża u libertajiet oħra. Issir ukoll refernza għal dokumenti oħra tal-Knisja li jaċċennaw għal dawn il-kwistjonijiet.

Il-Papa jafferma li “l-liberta reliġjuża tesprimi x’inhu uniku dwar il-persuna umana, li jippermetti li wieħed idur b’ħajtu lejn Alla, li jimla lill-bniedem  u jagħtih identita sħiħa”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Dicembru

Ġwanni 1,1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru;  kull ma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen… Kompli aqra »

IL-PAPA DWAR IS-SERVIZZ FIL-KANT

Matul il-jum tal-Ħamis, il-Papa Benedittu XVI iltaqa’ ma’ parteċipanti f’Kungress Internazzjonali tal-Federazzjoni Internazzjonali ‘Pueri Cantores’ f’Ruma. Indirizza lill-grupp bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol,  bil-Ġermaniż, bil-Portugiż, bil-Pollakk u bl-Ukren.

“Hekk kif tkunu tħaddmu t-talenti u l-fidi tagħkom biex tfaħħru ‘l Alla bil-kant, intom tagħtu vuċi lix-xewqa ġewwiena ta’ kull bniedem lijagħti glorja ‘l Alla”. Żied li “mużika sabiħa kapaċi tesprimi xi ħaġa mill-misteru tal-imħabba t’Alla għalina u tal-imħabba tal-bniedem għalih”, kif il-Papa stess ifakkar permezz tat-tema DEUS CARITAS EST… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Dicembru

Luqa 2,36-40

Kien hemm ukoll waħda profetissa, Anna, bint Fanwel, mit-tribù ta’ Aser. Kienet imdaħħla ħafna fiż-żmien; wara xbubitha kienet għamlet seba’ snin miżżewwġa, u mbagħad romlot. Sa ma kellha erbgħa u tmenin sena ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb. Dak il-ħin stess waslet, u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Dicembru

Luqa 2,22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej. F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

IL-VATIKAN IXELLIFHA MAL-LHUD?

Id-deċiżjoni tal-Papa li jibgħat delegazzjoni tal-Vatikan għall-Konferenza tal-Ġnus Maqgħuda dwar ir-razziżmu qed jingħad li ħolqot qasma friska fir-relazzjonijiet mal-gruppi Lhud, li jingħad li jista’ jkun li qed tintuża wkoll bħala pjattaforma biex ikun attakkat Israel.

Il-gruppi Lhud ikkritikaw lill-Vatikan eżattament qabel ma d-diplomatiċimxew ‘il barra mill-konferenza meta l-President Iranjan Mahmoud Ahmadinejad akkuża lil Israel li qed toħloq “reġim razzista kattiv” fuq il-Palestinjani.

Riccardo di Segni, Chief Rabbi ta’ Ruma, tkellem mal-gazzetta La Stampa u qal li “bil-parteċipazzjoni tiegħu, il-Vatikan bħal donnu qed japprova x’qed jinħema kontra Israel”… Kompli aqra »

L-ISQOF JOE GRECH IMUR LURA F’DAR IL-MISSIER TAS-SEMA

Tħabbret il-mewt tal-Isqof Malti Joe Grech li huwa minn Ħal Balzan. Huwa kien Isqof tad-Djoċesi ta’ Sandhurst ġewwa Victoria, l-Awstralja. L-Isqof Grech li kellu 62 sena miet llum, it-Tlieta, 28 ta’ Diċembru 2010, fit-3.00 p.m. (5.00 a.m. ħin lokali). Huwa sar Isqof ta’ Sandhurst nhar is-27 ta’ April 2001 u kien responsabbli għall-emigranti u r-refuġjati, u għaż-żgħażagħ f’isem il-Konferenza Episkopali Awstraljana.

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Dicembru

Mattew 2,13-18

Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi… Kompli aqra »

TAW ĦAJJITHOM LILL-OĦRAJN, ILLUM MIĠBURA FID-DAR TAL-KLERU

Eks-għalliema, studjuż tal-Iskrittura, eks-kappillan tal-Isptar San Luqa, missjunarju Sależjan. Ilkoll saċerdoti, illum ta’ ċerta età, miġbura fid-Dar tal-Kleru, Birkirkara, mogħtija kull kura u mħabba mill-Qaddejja taċ-Ċenaklu, li jieħdu ħsiebhom daqslikieku kienu wliedhom. Mort niltaqa’ ma’ xi wħud minnhom. Taw ħajjithom lill-oħrajn, jaħdmu fil-parroċċi ta’ Malta u f’istituzzjonijiet oħra tal-Knisja.

L-aktar anzjan minnhom hu l-Kan George Sciriha, fi żmienu għalliem bil-mustaċċi tal-lingwa Taljana. B’passjoni u mħabba tixgħel għal dak kollu li hi beltu l-Isla, fejn bħala saċerdot ta servizz tista’ tgħid tul ħajtu kollha… Kompli aqra »