Arkivji mensili: Frar 2010

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ĦAL GĦAXAQ

Is-Sibt 27 ta’ Frar, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP, iċċelebra quddiesa f’Ħal Għaxaq fil-ftuħ taż-żjara Pastorali tiegħu f’dan ir-raħal. L-Arċisqof iltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ din il-Parroċċa. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Ħal Għaxaq AGĦFAS HAWN.

Kelma għall-Ħajja

“Kelma ghall-Hajja” huwa programm li jispjega l-Evanġelu tal-Ħadd fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet reali mill-ħajja ta’ kuljum. “Kelma għall-Ħajja” jixxandar kull nhar ta’ Sibt fis-6:05pm fuq TVM, b’repetizzjoni l-Ħadd fit-7:45am, qabel  ix-xandira diretta tal-Quddiesa. Biex tara l-episodji kollha ta’ dan il-programm agħfas fuq l-icon YOUTUBE fuq in-naħa t’isfel ta’ din il-paġna. Fuq din il-paġna wkoll tista wkoll tħalli l-kummenti jew suġġerimenti tiegħek dwar din il-produzzjoni mtella’ mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 28 ta’ Frar 2010

Hemmhekk

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’postijiet

fejn nibnu s-solidarjetà.

Hemm kotra kbira!

Hemmhekk kulħadd iħossu marbut ma’ xulxin

b’rabta li ma tinħallx.

Hemmhekk kulħadd hu magħqud

għax kull persuna għandha dejjem

il-ferħ u l-paċi fiha.

Malli ssejħilna, Mulej,

aħna nitilqu

u mmorru f’pajjiżi

fejn hi meħtieġa l-maħfra… Kompli aqra »

1 – 7 ta’ Marzu

It-Tnejn

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-Żjara Pastorali.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Kateketika u mal-Katekisti tal-istess Paroċċa.

6.00 p.m… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 27 ta’ Frar 2010

Tiftix

Qrib tiegħi, Mulej,

nisma’ t-tgeġwiġ ta’ leħnek

u jien infittxek fil-proxxmu tiegħi

li jħaffef biex jiltaqa’ miegħi

u jara fhiex ninsab

meta ninqabad kuljum

ġo l-isqaqijiet ta’ ħajti.

Infittxek fit-tenerezzi

li juruni u nirċievi.

Infittxek fil-bnedmin

li b’rieda soda

moħħhom fit-tjieba

u fis-solidarjetà! … Kompli aqra »

INSARA BRAŻILJANI MAGĦQUDA JIPPROMWOVU EKONOMIJA GĦAS-SERVIZZ TAL-ĦAJJA

Fl-okkażjoni tar-Randan 2010, il-knejjes Insara fil-Brażil ingħaqdu f’kampanja nazzjonali msejħa ‘Kampanja Fraterna’ 2010 bil-għan li jgħinu lis-soċjetà inġenerali tibni ekonomija għas-servizz tal-ħajja.

It-tema magħżula għal din il-kampanja hi “Ma tistax taqdi lil Alla u lill-flus (Mt 6:24) u għandha t-titlu “Ekonomija u Ħajja”.

Il-kampanja tnediet fl-okkażjoni ta’ Ras ir-Randan mill-Kunsill Nazzjonali tal-Knejjes Insara permezz ta’ ċerimonja tal-ftuħ fil-kapitali Brasilia, u li kienet tinkludi laqgħa ta’ talb ekumeniku fis-Santwarju Don Bosco u konferenza stampa fil-Knisja Luterana… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’ĦAL GĦAXAQ

27 ta’ Frar – 4 ta’ Marzu, 2010

Is-Sibt, 27 ta’ Frar

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Ħal Għaxaq fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali f’din il-parroċċa.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta Ċivili ta’ Ħal Għaxaq.

It-Tnejn, 1 ta’ Marzu

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kunsill Ekonomiku Parrokjali, Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu ta’ Ħal Għaxaq bħala parti miż-Żjara Pastorali… Kompli aqra »

LAQGĦA TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-ISTAMPA DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

It-Tlieta, 23 ta’ Frar, 2010, il-Kumitat Organiżattiv Interdjoċesan u l-Kumitat Organiżattiv Nazzjonali taż-żjara tal-Papa f’Malta organiżżaw Press Briefing għall-Edituri tal-aġenziji lokali tal-aħbarijiet. Matul dan il-business breakfast li għalih attendew numru sabiħ ta’ edituri, huma kellhom l-opportunita li jsaqsu diversi mistoqsijiet u jagħtu s-suġġerimenti fuq l-arranġamenti li qed isiru għall-media matul iż-żjara tal-Papa. Id-delegat tal-Arċisqof għall-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali, Fr Charles Tabone O.P, u d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, is-Sur Martin Bugelli, stiednu r-rappreżentanti tal-istazzjonijiet tat-television, radju u media stampata biex jipparteċipaw fil-laqgħat li se jsiru ta’ kull ġimgħa għall-media bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta… Kompli aqra »

Rifflesjonijiet għal Żmien ir-Randan – 26 ta’ Frar 2010

Kurjuż

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

ta’ kobor bla qies,

u ogħla minn kollox

u minn kulħadd,

tersaq lejna bħal ħuna

u tgħix bħalna

u tmut ukoll bħalna,

u timxi magħna fil-widien xotti ta’ ħajjitna

u fl-istat fqajjar tagħna l-bnedmin.

Kemm hi kurjuża dil-ħaġa,

li int, Mulej,

etern u mogħti qima,

teħodha kontra l-flus

li jaħkmu l-qlub

u r-reliġjonijiet;

li int, tfittex il-ħbieb

għaliex ma tiflaħx ma taqsamx imħabbtek ma’ l-oħrajn,

li int, tilbes il-fardal tal-qaddejja;

li int, ġarrabt u waqajt

taħt l-attakki tal-mibegħda,

li int tokrob fis-solitudni;

li int, indfint fl-art

bħal ma’ żerriegħa titgħatta bil-ħamrija,

u minnek ħareġ frott li ħadd ma stenna:

fik aħna nemmnu,

Mulej Alla tagħna

li ġġib ruħek magħna

b’mod daqshekk kurjuż… Kompli aqra »

FL-INGILTERRA POSSIBBLI LI S-SUWIĊIDJU ASSISTIT MA JIBQAX KRIMINI

Euthanasia

Il-linji gwida ppubblikati llum mill-Prosekutur Pubbliku Keir Starmer dwar it-tiswir tal-liġi fuq id-dritt għall-ħajja “idgħajfu l-battalja kontra li wieħed jikkommetti suwiċidju assistit”. Dan iddikjarah is-Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta għall-Protezzjoni tat-tfal mhux imwielda, Paul Tully. Din is-Soċjeta titqies bħala waħda mill-iktar assoċjazzjonijiet favur il-ħajja li hi importanti.

“Bħala stat ta’ fatt, ir-regola l-ġdida ma ħallietx krimini is-suwiċidju assistit, u dan f’għadd ta’ ċirkostanzi”, kompla jispjega Tully… Kompli aqra »