Arkivji mensili: Frar 2010

IL-PAPA L-PORTUGAL F’MEJJU LI ĠEJ

Meeting in Fatima on Tuesday, Portuguese bishops said that during Benedict XVI’s visit to Portugal this May 11-14, the Pope will speak to everyone, whether or not they are believers.

“The Pope will speak to all,” said Father Manuel Morujao, spokesman and secretary of the Portuguese episcopal conference.  “The Church does not close the door to anyone and opens her heart to all.”

During a press conference at the end of the meeting of the bishops’ Permanent Council, Father Morujao also said that at the council’s next meeting, a pastoral note on the Pope’s visit will be released… Kompli aqra »

GĦAND MIN IMMORRU? – RANDAN 2010

Maħbubin Uliedna,

Fost il-ħafna ħwejjeġ pożittivi li għandna f’pajjiżna ninnutaw li kiber l-għatx għat-tagħlim, u billi l-opportunitajiet tat-tagħlim kotru, it-tagħlim infirex. Fl-istess waqt, jidher li għalkemm il-bniedem illum sar jaf jaqra, donnu għandu diffikultà biex jaqra l-istorja ta’ ħajtu u tal-ġens tiegħu; għalkemm il-bniedem kapaċi jgħodd in-numri, donnu qed jinfixel x’ħin jiġi biex jagħmel is-somom tal-ħajja tiegħu. Mogħni bl-għerf tax-xjenzi u t-teknoloġija, il-bniedem wasal biex isib tarf ta’ ħafna kobob imħabbla, imma fl-istess ħin il-kobba ta’ ħajtu aktar qed iħabbilha! … Kompli aqra »

ITTRA PASTORALI GĦAT-TFAL – RANDAN 2010

Għeżież Tfal,

Mill-ħafna ħin li tgħaddu fl-iskola qed tindunaw li hemm ħafna modi ta’ kif wieħed jitgħallem.  Affarijiet bħall-internet, kompjuter, teknoloġija varja u bħall-visual aids li jinkludu DVDs, videos u logħob edukattiv, qed jagħmlu t-tagħlim aktar sabiħ. Fl-istess ħin hemm problema, għaliex filwaqt li aħna qed nitgħallmu aktar, xorta bqajna insibu problemi kbar fil-ħajja tagħna. Jekk tieqaf u tħares madwarek, issib numru ta’ problemi bħal: faqar, familji mkissra, ġlied, tfal li mhumiex ferħana, tfal li jkollhom imorru jaħdmu u l-mard.  … Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FIL-QAWRA

13 – 22 ta’ Frar, 2010

Is-Sibt, 13 ta’ Frar

6.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Qawra fil-ftuħ taż-żjara Pastorali.

8.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Komunita’ ta’ Patrijiet u wara jibqa’ magħhom għall-ikel.

Il-Ħadd, 14 ta’ Frar

9.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Massimilliano Kolbe.

10.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kummisjoni Lituġija ta’ din il-Paroċċa… Kompli aqra »

TMIN KANDIDATI ĠODDA GĦAS-SAĊERDOZJU

Tmin żgħażagħ ġew aċċettati uffiċjalment bħala kandidati għas-saċerdozju waqt quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP, nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar, 2010, fil-Bażilika ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Dawn huma: Dillon Bugeja (Zurrieq), Robin Camilleri (Luqa), Roderick Camilleri (Zabbar), Mario Dimech (Siggiewi), Anthony Paul Fitzpatrick (Gwardamangia), Cristian Antony Muscat (San Ġiljan), George Schembri (Qormi – San Ġorġ) u Michael Zammit (Birkirkara – Sant’ Elena)… Kompli aqra »

15 – 21 ta’ Frar

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti mill-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary, fil-Kurja.

10.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.45 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa tal-board tas-Seminarju… Kompli aqra »

UE: EWROPARLAMENTARI MALTI DWAR IL-ĦTIEĠA TAD-DIFIŻA TAL-VALURI

L-aġenzija tal-aħbarijiet SIR tat prominenza għal dak li aċċenna għalih l-ewroparlamentari Malti Simon Busuttil dwar ir-riżoluzzjoni fuq id-drittijiet tan-nisa u l-ugawaljanza li għaddiet fil-Parlament Ewropew.

Simon Busuttil estenda l-analiżi tiegħu mill-kamp politiku istituzzjonali għall-kamp soċjo-kulturali. “Il-politiċi jirrappreżentaw s-soċjeta ċivili”, qal Busuttil lill-aġenzija SIR. “U għal din ir-raġuni ninsab l-iktar imħasseb. Kulħadd jitkellem dwar il-valuri,  pero mbagħad, meta niġu biex niddefenduhom…”. Żied li filwaqt li din m’għandha ebda valur legali, “hi riżoluzzjoni li tikser il-prinċipju tas-sussidjarjeta, u fejn titkellem dwar l-abort, hi theddida għad-dritt tal-ħajja lil dawk mhux imwielda… Kompli aqra »

Il-PAPA SER JGĦADDI MINN 40 PARROĊĊA

F’Konferenza tal-Aħbarijiet, il-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u dak Interdjoċesan taw dettalji dwar il-Programm taż-Żjara tal-Papa u l-lokalitajiet li ser jgħaddi minnhom matul l-istess żjara. Il-Konferenza tal-Aħbarijiet kienet indirizzata mis-Sur Charles Bonello, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Nazzjonali u minn Mons. Charles Cordina, Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv Interdjoċesan.

Il-lokalitajiet li minnhom ser jgħaddi il-Papa, li f’uhud minnhom hemm aktar minn parroċċa waħda, huma dawn:

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010

17:45 – Il-Papa jħalli l-Ajruport fi triqtu lejn il-Belt Valletta:
MIA – Gudja, Luqa, Marsa, Blata l-Bajda, Floriana, Valletta

19:15 – Il-Papa jħalli l-Palazz tal-President fi triqtu lejn il-Grotta ta’ San Pawl, Rabat:
Valletta, Floriana, Pieta, Msida, Gzira, Sliema, San Giljan, San Ġwann, Naxxar, Mosta, Rabat

19:45 – Il-Papa jħalli l-Grotta ta’ San Pawl fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Rabat

Il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010

09:15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Fosos tal-Furjana:
Rabat, Attard, Balzan, Birkirkara, Fleur de Lys, Santa Venera, Hamrun, Blata l-Bajda, Floriana

12:20 – Il-Papa jħalli l-Fosos tal-Furjana fi triqtu lejn in-Nunzjatura, Rabat:
Floriana, Marsa, Mriehel Bypass, Attard, Rabat

16.15 – Il-Papa jħalli n-Nunzjatura Appostolika fi triqtu lejn il-Kalkara:
Rabat, Zebbug, Qormi, Marsa, Paola, Fgura, Bormla, Birgu, Kalkara

18:15 – Il-Papa jħalli l-Valletta Waterfront fi triqtu lejn l-Ajruport:
Valletta, Floriana, Blata l-Bajda, Marsa, Tal-Barrani, Ghaxaq, Gudja

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

QUDDIESA PONTIFIKALI TA’ SAN PAWL

Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Frar 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa Quddiesa Pontifikali fil-Kolleġjata ta’ San Pawl, il-Belt. Waqt din l-okkażjoni l-Arċisqof ħabbar il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta.

.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

ISQFIJIET AWSTRALJANI JOFFRU EŻERĊIZZI TAR-RANDAN ONLINE

lent

Hekk kif il-kattoliċi madwar id-dinja qed jitħejjew sabiex jibdew żmien ir-Randan mill-ġimgħa d-dieħla, il-mexxejja tal-Knisja fl-Awstralja qed joffru riżorsi sabiex japprofondixxu l-fidi permezz ta’ riflessjonijiet fuq il-vanġelu u l-kredu. Il-Konferenza Episkopali Awstraljana qed toffri esperjenza innovattiva online li qed tissejjaħ “The Reflection”.

Fi stqarrija għall-istampa li matulha tħabbret l-inizjattiva, l-Arċisqof John Bathersby, li jmexxi l-Kummissjoni għall-Formazzjoni fil-Missjoni u l-Fidi, fi ħdan il-Konferenza Episkopali, qal li “minflok ma wieħed sempliċiment iċedi xi ħaġa dar-Randan, għax m’għandux jagħmel xi ħaġa b’responsabbilta?”

“Dis-sena qed nipproponu li wieħed iqatta’ ħin mal-ħbieb u l-familjari tiegħu f’riflessjoni tal-Iskrittura li twassal għal ċelebrazzjoni tal-Knisja fit-tifsir tagħha”… Kompli aqra »