Arkivji mensili: April 2010

IL-PAPA FIS-SAJF LI ĠEJ GĦAL CASTEL GANDOLFO MINGĦAJR BTALA FL-ALPI

Il-Papa Benedittu XVI qed jippjana li jqatta’ s-sajf li ġej kollu kemm hu fir-residenza tiegħu tas-Sajf f’Castel Gandolfo, mingħajr il-jiem ta’ btala fl-Alpi.

“Is-sajf li ġej, il-Papa se jivjaġġa direttament mill-Vatikan lejn Castel Gandolfo sabiex iqatta’ l-perjodu sħiħ tas-sajf hemmhekk”, qalet stqarrija tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

Il-Komunikat żied li l-Papa japprezza l-istedin li sarlu biex iqatta’ ftit żmien f’diversi reġjuni qalb il-muntanji… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 3 ta’ April

Lq:24:1-12

Kmieni mas-sebħ ta’ l-ewwel jum tal-ġimgħa marru ħdejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ li kienu ħejjew. Huma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar, imma meta daħlu fih,  il-katavru tal-Mulej Ġesù ma sabuhx hemm. U kif kienu mħassbin fuq dan, f’daqqa waħda dehrulhom quddiemhom żewġt irġiel libsin ilbies jiddi. In-nisa, mimlijin bil-biża’ , baxxew għajnejhom lejn l-art; imma dawk qalulhom: “L-għala qegħdin tfittxuh qalb il-mejtin lil min hu ħaj? … Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI TAR-RIT TAL-ĦASIL TAR-RIĠLEJN

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa Pontifikali li fiha saret it-tifkira tal-ħasil tar-riġlejn, tat-twaqqif tas-saċerdozju u tal-Ewkaristija fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IMEXXI L-PURĊISSJONI NAZZJONALI TAL-VIA CRUCIS

Nhar l-Erbgħa, 31 ta’ Marzu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa it-talb tal-Via Sagra, mill-Parroċċa ta’ Santa Marija sad-Dar tal-Kleru, Birkirkara. Fis-sena iddedikata lill-Qassisin, it-test magħżul għal Via Crucis, ġie meħud mill-kitbiet tal-Papa Benedittu XVI.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

IL-VATIKAN JAĦTAR KUMMISSJONI TA’ STUDJU TAL-FENOMENU TA’ MEDJUGORJE

Il-Vatikan ħabbar li waqqfet Kummissjoni sabiex tidħol fil-fenomenu ta’ Medjugorje fil-Boznia-Herzegovina, fejn sitt żgħażagħ qalu li kellhom dehriet tal-Madonna fis-snin tmenin.

Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan,  qal li “twaqqfet kummissjoni Investigattiva internazzjonali dwar Medjugorje, taħt il-Presidenza tal-Kardinal Camillo Ruini, taħt il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi”.

Il-Kummissjoni magħmula mill-kardinali, isqfijiet, speċjalisti u esperti, se taħdem privatament, u tissottometti ir-riżultati tal-ħidma tagħha lill-awtorita tad-dekasteru… Kompli aqra »

Riflessjonijiet għall-Ġimgħa l-Kbira

REFLECTION

In death, Jesus waits on the Father for deliverance.

He waits in a love that does not deny

death and suffering,

but accepts it on the path back to the Father.

That waiting is active, not passive;

in fact, Christ is most creative when he is on the cross… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 2 ta’ April

Ġw:18,1-19,42

Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu. Ġuda, dak li ttradih, kien jafu l-post, għax Ġesù kien sikwit jinġabar hemm mad-dixxipli tiegħu. Ġuda ħa ġemgħa suldati u xi għases mingħand il-qassisin il-kbar u l-Fariżej, u mar bihom hemmhekk, bil-fanali, torċi u armi. Ġesù, li kien jaf b’kull ma kien ġej fuqu, mar fuqhom u qalilhom: “Lil min qegħdin tfittxu?” Huma weġbuh: “Lil Ġesù ta’ Nazaret.” U hu qalilhom: “Jiena hu.” Ġuda, dak li ttradih, kien hemm magħhom huwa wkoll… Kompli aqra »

DISCERN TMEXXI STUDJI DWAR ‘L-ESPERJENZA TAT-TFULIJA F’MALTA’

‘Experiencing Childhood in Malta’ is DISCERN Institute for Research on the Signs of the Times, latest publication authored by Rev Dr Joe Inguanez and Ms Rebecca Gatt. This study on the Maltese children’s thoughts and attitudes was commissioned by The Children’s Foundation of the Malta Financial and Services Authority.

Several studies indicate that children’s attitudes and behaviour are continuously being influenced by dynamic societal processes… Kompli aqra »

ID-DETTALJI DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIL-GROTTA TA’ SAN PAWL

Nhar, it-Tlieta 30 ta’ Marzu, 2010, il-Kumitat Organiżattivi taż–żjara tal-Papa taw id-dettalji dwar iz-zjara tal-QT il-Papa Benedittu fil-Knisja u l-Grotta ta’ San Pawl, ir-Rabat, nhar is-Sibt 17 ta’ April. Il-post intagħżel mill-Papa innifsu li wera x-xewqa li jżur din il-Grotta li tinsab taħt il-Knisja.

Dakinhar,  il-Papa se jiltaqa’ mal-Missjunarji Maltin u Għawdxin fil-Knisja tar-Rabat. Madwar 350 missjunarju fosthom saċerdoti, sorijiet u lajċi huma mistennija jattendu għal din il-laqgħa… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 1 ta’ April

Ġwanni 13,1-15

Qabel il-festa ta’ l-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar. Kienu qegħdin għall-ikel. Ix-Xitan kien ġa webbel lil Ġuda ta’ Xmun l-Iskarjota u daħħallu f’rasu li jittradih. Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla… Kompli aqra »