Arkivji mensili: April 2010

IL-PAPA BENEDITTU XVI JIBGĦAT KONDOLJANZI LILL-POLONJA

Poland mourning

Il-Papa Benedittu XVI esprima s-sogħba tiegħu għat-traġedja tal-ajru fil-punent tar-Russja li ħasdet il-ħajja tal-President tal-Polonja, il-mara tiegħu, u madwar 95 persuna oħra li kienu abbord it-titjira, inkluż uffiċjali għolja tal-Gvern.

Ftit wara li kien infurmat bl-inċident, il-Papa bagħat messaġġ lill-President tal-Parlament Pollakk li fih esprima s-sogħba għat-telfiet ta’ ħajja ta’ dinjitarji stmati. Il-Papa kellu kliem ta’ solidarjeta mal-familjari tal-vittmi u fada lill-vittmi fil-ħniena divina… Kompli aqra »

12 – 18 ta’ April

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqgħa maż-żgħazagħ li jinsabu fil-bidu tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju, jiċċelebra Quddiesa u jibqa’ għall-ikel magħhom, fis-Seminarju f’tal-Virtu.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-Fosos f’xogħlijiet relatati maż-żjara tal-Papa, kif ukoll ma ħaddiema li qed jaħdmu fiċ-Ċentru Kordinazzjoni Uffiċċju Zjara tal-Papa… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IŻUR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’PACEVILLE

Nhar is-Sibt, 10 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP għamel żjara f’Pacevilli bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta . L-Arċisqof flimkien ma grupp ta’ ġurnalisti żgħażagħ li kienu mistiedna għal din l-okkazjoni, ħeġġew lil żgħażagħ oħra biex jattendu għal-laqgħa mal-Papa fil-Valletta Waterfront. Fil-ħin li l-Arċisqof qatta ġewwa Paċeville huwa żar diversi bars fejn iltaqa personalment ma xi żgħażagħ.

Għal aktar informazzjoni dwar iż-żjara tal-Papa żur is-sit: www.popemalta.org

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

JEĦTIEĠ IŻDA LI NASLU FI GŻIRA – L-EWWEL ŻJARA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Għeżież uliedna,

Bħalma aħna dejjem emminna li n-nawfraġju u l-miġja tal-Appostlu Missierna San Pawl fostna ma seħħewx b’kumbinazzjoni, hekk illum inħossu li żjara pastorali fostna tal-Papa Benedittu XVI tistax tkun providenzjali għal pajjiżna.

Lill-Maltin u lill-Għawdxin ta’ elfejn sena ilu Pawlu, permezz tal-predikazzjoni tiegħu u tal-waqfa tiegħu fil-gżejjer tagħna, laqqagħhom ma’ Ġesu’ Kristu u permezz tal-Evanġelju nissel it-tama nisranija fi qlubhom… Kompli aqra »

IMNIEDI S-SIT ELETTRONIKU ĠDID TA’ RADJU RTK

Radju RTK issa għandu s-sit elettroniku tiegħu, www.rtk.org.mt, u slogan ġdid: Radju b’Differenza. Is-sit tnieda din il-ġimgħa miċ-Chairman tal-Media Centre, Franco Azzopardi, wara ħidma kollettiva li saret mill-kumpanija ICA, flimkien ma’ Sylvana Magro, Manager Sales & Marketing Media Centre, il-maniġment u impjegati ta’ Radju RTK… Kompli aqra »

ID-DJOĊESIJIET TA’ MALTA U GĦAWDEX JINGĦAQDU GĦALL-PELLEGRINAĠĠ NAZZJONALI

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ April, 2010, l-Arcisqof Pawlu Cremona mexxa pellegrinaġġ nazzjonali flimkien mal-Isqof Mario Grech u bil-parteċipazzjoni taż-żewġ djoċesi ta’ Malta u Għawdex. Dan il-pellegrinaġġ li huwa parti minn diversi attiviatjiet li ġew ippreparati bi tħejjija għaż-żjara tal-Papa, beda minn ħdejn id-dar tal-Irtir ta’ Mt St Joseph, f’Tarġa Gap, u ntemm b’ċerimonja qasira fil-pjazza ta’ quddiem is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, f’San Pawl il-Baħar.  … Kompli aqra »

IL-KUNSILL DINJI TAL-KNEJJES DWAR IL-FTEHIM DWAR ID-DIŻARM: “AĦBAR TANT MISTENNIJA”

Disarmement agreement

“Il-ftehim dwar l-armi nukleari bejn l-iktar żewġ pajjiżi armati fid-dinja hu aħbar li l-Kunsill Dinji tal-Knejjes ilu jistenna għal żmien twil”. Hekk iddefinixxa t-Trattat START 2 iffirmat mill-President Amerikan Barack Obama u l-President Russu Dimitri Medvedev fi Praga, Fykse Tveit, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes. Dan il-Kunsill jiġbor 349 knisja nisranija, inkluż dik Protestanta, Ortodossa u dik Anglikana.

It-trattat il-ġdid jieħu post it-Trattat START 1 tal-1991, iffirmat minn Gorbaciov u George Bush… Kompli aqra »

LAQGĦA TAL-ARĊISQOF MAL-INFERMIERA

Nhar il-Ħamis, 8 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-Infermiera f’laqgħa organizzata mis-Segretarjat għal-Lajċi,fl-Istitut Kattoliku.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

L-ISKANDLU TAL-ABBUŻI SESSWALI: L-ISQFIJIET MALTIN DWAR L-UĠIGĦ U L-INDIEMA

L-Arċisqof Pawlu Cremona, u l-Isqof t’Għawdex, Mario Grech, saħqu li fid-dawl tal-allegati abbużi minn saċerdoti, kulħadd bħala Knisja jrid jgħaddi mill-indiema u mis-sogħba, mhux biss għad-dnub ta’ dawk li għamlu dawn l-abbużi, iżda li tinħass ukoll l-umiljazzjoni li dawn saru minn dawk li suppost, f’isem il-Knisja, kellhom id-dmir li jħarsu u jipproteġu lil dawn iż-żgħar.

Filwaqt li appellaw lill-Insara biex f’materja gravi bħal din jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti kollha, anki ċivili, tennew dak li l-Knisja qalet sa mill-1999 – li l-Insara għandhom l-obbligu li minflok jisktu u jostru, jikkoperaw mal-Knisja biex fi ħdanha din il-pjaga tissaffa u titneħħa… Kompli aqra »