Arkivji mensili: Ġunju 2010

IL-KURĊIFISS: 10 PAJJIŻI, 33 MEP U XI NGO’S FOST DAWK LI QED JINSISTU LI GĦANDU JIBQA’

crucifix in classrooms

Il-Gvernijiet ta’ għaxar pajjiżi li jappartjenu għall-Kunsill tal-Ewropa appellaw kontra l-linja mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani fuq il-kwistjoni tal-kurċifissi f’postijiet pubbliċi. Matul is-smigħ tat-30 ta’ Ġunju, il-Grand Chamber tal-Qorti ta’ Strasburgu se teżamina l-“osservazzjonijiet bil-miktub” li kienu sottomessi mir-Russja, mil-Litwanja, minn Malta, San Marino, il-Bulgarija, Monaco, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumania u l-Armenja. Se ssegwi wkoll l-argumenti tal-avukat tal-applikanti kif ukoll tar-rappreċentanti tal-Gvern Taljan… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITA’ TNIEDI PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦALL-PROFESSJONISTI

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità nediet programm ta’ taħriġ għall-professjonisti li jipprovdu servizz lil persuni b’diżabilità biex dawn ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti.

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Stephen Spiteri, waqt li kien qed jinawgura l-programm, qal li l-Gvern jgħin persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar u komda. Semma li din l-għajnuna tingħata permezz ta’…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Ġunju

Mattew 7,15-20

“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma  s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Ġunju

Mattew 7, 6.12-14

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. “Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha… Kompli aqra »

IL-PAPA FIL-JUM DINJI TAR-REFUĠJATI

World Refugees Day

Fl-okkażjoni tal-Jum dinji ddedikat lir-Refuġjati, il-Papa Benedittu XVI ġibed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ dawk li kienu kostretti iħallu arthom. Il-Papa qal dan fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu wara t-talba tal-Angelus quddiem il-pellegrini miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

“Il-Ġnus Maqgħuda qed ifakkru l-Jum Dinji tar-Refuġjati biex jiġbdu l-attenzjoni għall-probemi ta’ dawk li kienu mġiegħla jħallu art twelidhom u jmorru f’artijiet differenti”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma’ żgħażagħ impenjati fil-volontarjat

“Il-ħidma pastorali maż-żgħażagħ m’għandiex tkun sempliċiment ħidma għalihom, iżda trid tkun ħidma flimkien magħhom”. (Dok. Sinodu Adolexxenti u Zghazagh Nru. 54).  Is-Sinodu Djoċesan iħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex ikunu protagonisti fil-knisja, u fost affarijiet oħra jiftħilhom it-triq sabiex ikunu minn ta` quddiem biex jagħtu servizz lis-soċjeta` permezz tal-volontarjat.

Numru dejjem jikber ta’ żgħażagħ, membri ta` gruppi u għaqdiet tal-Knisja, qed jimpenjaw ruħhom fil-volontarjat matul ix-xhur tas-sajf… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 21 ta’ Ġunju

Mattew 7,1-5

“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom. Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t-tibna minn għajn ħuk! … Kompli aqra »

DISA’ SEMINARISTI ŻGĦAŻAGĦ SE JIĠU ORDNATI SAĊERDOTI

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju, 2010, Vġili tas-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., se jordna disa’ saċerdoti ġodda fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fis-6.30 ta’ filgħaxija. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi u jitlob għall-qdusija tas-saċerdoti, speċjalment għal dawk li se jiġu ordnati dakinhar. Dawk li se jiġu ordnati saċerdoti huma:

Rev. Deo Debono OSA, Rev. Stefan Galea (Naxxar), Rev… Kompli aqra »

21 – 27 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Knisja.

12.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-E.T. il-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’ Anton.

5.00 p.m. L-Arċisqof iżur il-fergħa tal-MUSEUM tal-bniet f’Birkirkara bħala parti miż-Żjara Pastorali f’Birkirkara.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ fil-Kappella tal-Universita’ ma’ żgħażagħ li se jkunu mpenjati fil-volontarjat matul is-sajf.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti tal-parroċċa S… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 20 ta’ Ġunju

Luqa 9,18-24

Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan… Kompli aqra »