Arkivji mensili: Ġunju 2010

FTUĦ TAŻ-ŻJARA PASTORALI F’BIRKIRKARA

Is-Sibt 12 ta’ Ġunju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Kolleġjata Bażilka ta’ Sant’Elena f’Birkirkara fil-ftuħ taż-Żjara Pastorali tiegħu f’din il-parroċċa. L-għada, l-Arċisqof iltaqa’ ma’ membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ din il-lokalita’. Għall-programm sħiħ taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof f’Birkirkara AGĦFAS HAWN.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Ġunju

Mattew 6,1-6,16-18

“Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

“Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom. Tassew, ngħidilkom, li l-ħlas tagħhom ġa ħaduh. Iżda int, meta tagħmel karità, idek ix-xellugija m’għandhiex tkun taf x’inhi tagħmel il-leminija, biex hekk il-karità tiegħek issir fil-moħbi, u Missierek, li jara dak li hu moħbi, iroddlok hu… Kompli aqra »

SIMPOŻJU JFITTEX LI JGĦAQQAD L-EWROPA MAL-ASJA

intercultural dialogue

Fl-Universita ta’ Zurich, illum beda Simpożju li qed jiġbor skulari internazzjonali bil-ħsieb li ‘jibnu pontijiet’ bejn l-Ewropa u l-Asja, bejn ix-xjenzi naturali u l-umanistiċi, u anki modi differenti ta’ ħsieb. Dan kien l-għan li tpoġġa quddiem is-Simposju ta’ jumejn bit-tema ‘L-Ewropa fiċ-Ċina – Iċ-Ċina fl-Ewropa: Bix-xjenza u t-Teknoloġija naslu għad-Djalogu Interkulturali’.

L-attivita qed issir ad unur tal-400 anniversarju mill-mewt ta’ Matteo Ricci (1552-1610), missjunarju Ġiżwita mill-Italja li ħadem fl-Asja u li l-organizzaturi tal-konferenza jsejħulu l-‘protagonista tal-interazzjoni maċ-Ċina permezz tax-xjenza’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Ġunju

Mattew 5,43-48

“Smajtu x’intqal, ‘Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. ‘Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m’huwiex. Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? … Kompli aqra »

F’HONG KONG, TĦASSIB FUQ LOGĦOB TAL-AZZARD MARBUT MAT-TAZZA TAD-DINJA

World-cup-2010-logo

Ġiżwita ta’ 65 sena wissa kontra l-logħob tal-flus marbut mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja li beda fil-11 ta’ Ġunju fl-Afrika t’Isfel.

“Il-logħob tal-azzard mhux tajjeb fih innifsu”, qal Fr Robert Ng Chi-Fun, li jgħallem it-teoloġija morali fil-Kulleġġ tas-Seminarju ddedikat lill-Ispirtu s-Santu.

Żied li l-logħob tal-azzard fuq il-logħob tal-ballun jista’ jwassal għall-qerq.

Ħaddiema fiċ-ċentru tal-couselling tal-Caritas kienu wkoll irrappurtati mill-Aġenzija tal-aħbarijiet UCA tal-Knisja fl-Asja li urew tħassib dwar l-imħatri… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Ġunju

Mattew 5,38-42

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa, u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, Tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ programm tar-Radju fuq Radju Marija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Ġunju

Luqa 7, 36-8,3

Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

IL-PAPA JIDDEFENDI Ċ-ĊELEBAT

St Peter's

Il-Papa Benedittu XVI iddefenda bil-qawwa kollha iċ-ċelebat tas-saċerdoti. Meta kien qed jindirizza mal-10,000 saċerdot fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa sejjaħ iċ-ċelebat sinjal ta’ fidi f’dinja dejjem aktar sekulari.

Fl-attivita tas-saċerdoti li waslu minn iktar minn 90 pajjiż differenti għall-għeluq tas-sena ddedikata lilhom, il-Papa m’għamel ebda referenza għall-każi ta’ pedofelija fi ħdan il-Knisja. Din l-attivita tqieset l-iktar waħda li rat saċerdoti miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Ġunju

Luqa:2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa.  Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom,  ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.   … Kompli aqra »