Arkivji mensili: Ġunju 2010

Għeluq is-Sena ddedikata lis-Saċerdoti

Punti mill–omelija tal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. waqt il-Quddiesa li saret nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju, 2010, fil-Katidral tal-iMdina, f’għeluq is-Sena Saċerdotali.

Mark 12, 18-27

  • Dawl li qiegħed jagħtina l-Mulej fuq iż-żwieġ u bħala konsegwenza fuq iċ-ċelibat.
  • Qiegħed ifakkarna fil-pjan sabiħ ta’ Alla li fit-temporalità tagħna li tinkludi l-bniedem shih – ruħ u ġisem – huwa għamel dan il-pjan li jagħmel lill-bniedem raġel u mara biex permezz tal-imħabba tagħhom, li tesprimi ruħha anki fl-għaqda fiżika, jista’ jkun hemm kontinwità fil-ħolqien tiegħu li l-bnedmin jitkattru…
  • Kompli aqra »

10 PAJJIŻI, INKLUŻ MALTA, JIDDEFENDU L-KURĊIFISS MAL-ITALJA

A crucifix in the classroom

Il-każ tal-kurċifiss fil-kalssijiet fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani wassal għal intervent ikkunsidrat straordinarju jew uniku ta’ għaxar pajjiżi, inkluż Malta, bħala terzi fil-każ. Kien iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi u l-Ġustizzja, li kien awtorizzat ukoll biex isib postu fil-każ tal-qorti fis-smigħ dwar il-leġittimita tal-espożizzjoni tal-kurċifiss fl-iskejjel Taljani, li rrapporta dan.

Il-każ kien riferut lill-Grand Chamber meta l-gvern Taljan appella min deċiżjoni maħruġa mit-tieni sezzjoni tal-Qorti f’Novembru li għadda, li kienet tkellmet dwar il-preżenza tal-kurċifiss fil-klassijiet… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Ġunju

Mark 12,28-34

Wieħed mill-kittieba semagħhom jitlewwmu bejniethom, u, meta ra kemm Ġesù kien weġibhom tajjeb, resaq fuqu u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?” Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha. U t-tieni hu dan: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek… Kompli aqra »

FIL-ĠERMANJA DIFIŻ JUM IL-ĦADD MILL-KURRENTI TAL-KONSUMERIŻMU

family together on Sunday

L-ogħla qorti Ġermaniża tat direzzjoni ċara li jum il-Ħadd għandu jibqa’għall-mistrieħ u marret kontra liġi f’Berlin li tħoll ċerti restrizzjonijiet fuq ix-xiri f’jum il-Ħadd. Għadd ta’ gazzetti laqgħu l-aħbar, uħud għal raġunijiet ta’ reliġjon, oħrajn għal raġuni ta’ tradizzjoni, oħrajn minħabba tħassib dwar id-drittijiet tal-ħaddiema.

Diversi stati fil-Ġermanja diġa kienu ħolqu xi eċċezzjonijiet u ppermettew ħwienet sabiex jiftħu numru ta’ Ħdud fis-sena… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 2 ta’ Ġunju

Mark12,18-27

Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal… Kompli aqra »

L-EWWEL BEATIFIKAZZJONI FIL-BAŻILIKA TA’ SANTA MARIA MAGGIORE

Santa Maria Maggiore

Il-Ħadd li għadda saret l-ewwel beatifikazzjoni fil-bażilika ddedikata lil Santa Maria Maggiore. Il-beatifikazzjoni ta’ reliġjuża minn Milan, Pierina de Micheli, tmexxiet f’isem il-Papa mill-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, l-Arċisqof Angelo Amato.

“Hi l-ewwel darba li saret beatifikazzjoni f’din il-bażilika”, qalet b’emozzjoni Sor Nora Antonelli, Superjura Ġenerali tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Buenos Aires, il-komunita li għaliha kienet tappartjeni Pierina de Micheli. “Ninsabu ferm kuntentio li t-talba tagħna ntlaqgħet”, kompliet is-Soru… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 1 ta’ Ġunju

Mark 12,13-17

Mbagħad bagħtulu xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? Għandna jew ma għandniex inħallsuha?” Imma hu ntebaħ bil-wiċċ b’ieħor tagħhom, u qalilhom: “Għaliex tridu tinbxuni? … Kompli aqra »