Santa Maria Maggiore

Il-Ħadd li għadda saret l-ewwel beatifikazzjoni fil-bażilika ddedikata lil Santa Maria Maggiore. Il-beatifikazzjoni ta’ reliġjuża minn Milan, Pierina de Micheli, tmexxiet f’isem il-Papa mill-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin, l-Arċisqof Angelo Amato.

“Hi l-ewwel darba li saret beatifikazzjoni f’din il-bażilika”, qalet b’emozzjoni Sor Nora Antonelli, Superjura Ġenerali tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Buenos Aires, il-komunita li għaliha kienet tappartjeni Pierina de Micheli. “Ninsabu ferm kuntentio li t-talba tagħna ntlaqgħet”, kompliet is-Soru.

Mother Pierina (1890-1945), mistika, ddedikat ħajjitha għat-tixrid tad-devozzjoni ta’ wiċċ Kristu u fl-istess waqt tal-ġlieda kontra Satana. Dan kien skopert fil-kitba tad-djarju personali tagħha, misjub fiċ-ċella tagħha mis-sorijiet tal-kunvent wara l-mewt tagħha.

Fr Fabrizio Poloni, delegate episkopali għall-kawżi tal-qaddisin tad-djoċesi ta’ Novara, qal li meta Pierina kienet adolexxenti hija kellha esperjenzi soprnaturali.