Arkivji mensili: Awwissu 2010

Inawgurat il-programm għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu, 2010 il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) inawgurat il-programm tal-World Youth Day 2011, li se jilħaq il-qofol tiegħu f’Awwissu s-sena d-dieħla, f’Madrid. Mijiet ta’ żgħàżagħ attendew il-ftuħ uffiċjali biex ikunu minn ta’ l-ewwel li jiġbru l-applikazzjoni biex jieħdu sehem fil-WYD fi Spanja. Il-formola tpoġġiet ukoll fuq il-website tal-kummissjoni www.kdz.org.mt.

L-attività ġiet imtellà mill-grupp Żgħażagħ Parroċċa Mġarr li ħadu ħsieb kemm l-organiżżazzjoni tas-serata kif ukoll l-animazzjoni tal-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Pawl Cremona… Kompli aqra »

ISQFIJIET TAL-AMERIKA LATINA B’APPELL IMQANQAL BIEX ĦAITI TIMXI ‘L QUDDIEM

L-Isqfijiet tal-Amerika Latina u l-Karibew tennew is-solidarjeta tagħhom ma’ Ħaiti hekk kif il-Ħaiti jinsab jirkupra mit-terremot massiv li laqat il-pajjiż f’Jannar li għadda.

Il-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali tal-Amerika Latina u l-Karibew, flimkien mal-Kunsill Episkopali Latin Amerikan, iċ-CELAM, qalu dan wara li ltaqgħu fl-aħħar jiem f’Bogota mal-President tal-Konferenza Episkopali f’Ħaiti, l-Arċisqof Louis Kebreau. Huma ltaqgħu biex jiddiskutu il-ħtiġijiet tal-pajjiż, issa li għaddew xhur mit-terremot… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Awissu

Mattew 19,16-22

Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”  U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja?”… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID F’MARSAXLOKK

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Mario Mangion bħala kappillan tal-Parroċċa Madonna ta’ Pompei, f’Marsaxlokk.

Dun Mario twieled is-Siġġiewi fit-18 ta’ Mejju, 1981. Huwa rċieva l-edukazzjoni tiegħu fil-kulleġġ ta’ Santu Wistin u wara fil-fakulta ta’ Teoloġija, fl-Universita’ ta’ Malta. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju 2007. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa taż-Żejtun, fejn ilu viċi-arċipriet għal dawn l-aħħar sentejn… Kompli aqra »

16 – 22 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-membri ta’ l-istaff tas-Seminarju u membri tal-Fakulta tat-Teologija, fir-residenza tiegħu Ħ’Attard.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-ġenituri u tfal fil-parroċċa ta’ Ħad Dingli, u wara  ssir il-preżentazzjoni tat-tfal lil Santa Marija… Kompli aqra »

DJOĊESI ĠDIDA GĦALL-MALAWI

Il-Papa Benedittu XVI ħabbar it-twaqqif ta’ djoċesi ġdida għall-pajjiż Afrikan tal-Malawi. Hekk it-total ta’ djoċesijiet fil-pajjiż jammonta għal tmienja.

Id-djoċesi l-ġdida ta’ Karonga tieħu t-territorju mid-djoċesi ta’ Mzuzu. L-ewwel Isqof huwa Martin Anwel Mtumbuka mill-kleru ta’ Mzuzu. Huwa għandu 52 sena u kien qed jaħdem bħala viċi kanċillier fl-Universita Kattolika ta’ Malawi. Huwa kien ordnat saċerdot fil-31 ta’ Lulju fl-1988… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Awissu

Luke 1,39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu  s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? … Kompli aqra »

MALTA SSELLEM LIL GUIDO DE MARCO

Il-kelma fuq fomm kulħadd ilbieraħ kienet ‘Guido’, li miet il-Ħamis fl-Isptar Mater Dei fl-età ta’ 79 sena. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali l-Ħamis filgħaxija taw repurtaġġ estensiv tal-aħbar tal-ġurnata li ħarġet kmieni wara nofsinhar.

Il-ġurnali tal-bieraħ, imbagħad, ilkoll taw prominenza lil din l-aħbar fl-ewwel paġna tagħhom. ‘Imut l-eks-President de Marco,’ kien jgħid it-titlu ta’ L-Orizzont, b’rapport ta’ Charmaine Craus… Kompli aqra »

LAJĊI EWROPEJ JIDDISKUTU L-PROMOZZJONI TAD-DINJITA UMANA

Iktar kmieni dan ix-xahar, membri tal-Forum Ewropew tal-Kumitati Nazzjonali tal-lajċi, inġabru sabiex jirriflettu fuq id-dinjita umana, u biex jiddiskutu metodi ta’ kif iżidu l-kollaborazzjoni mal-Vatikan. Delegati minn 12-il pajjiż iltaqgħu f’Birmingham  f’assemblea tal-forum li ġġib flimkien il-kumitati nazzjonali u l-kunsilli tal-lajċi fi ħdan il-Knisja f’pajjiżi Ewropej għal skopijiet ta’ kollaborazzjoni.

It-tema tal-Assemblea kienet “Id-Dinjita Umana fl-Ewropa li qed tinbidel – it-tweġiba nisranija”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Awissu

Mattew 19,13-15

Mbagħad ressqulu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajjtu magħhom. U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.” Mbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm.

Kompli aqra »