Arkivji mensili: August 2010

GĦELUQ IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-1950 SENA MILL-MIĠJA TA’ SAN PAWL F’MALTA

Nhar is-Sibt, 28 ta’ Awissu, 2010, il-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, il-post tradizzjonalment assoċċjat man-nawfraġju u l-miġja ta’ San Pawl f’Malta, għalaq is-sena ddedikata lill-1950 anniversarju b’ċelebrazzjoni mill-aktar sinjifikanti.

Iċ-ċelebrazzjoni bdiet b’Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-aħħar tal-Quddiesa, l-Kan. Arċipriet tar-Rabat, Dun Louis Suban, ippreżenta ġebla mill-grotta ta’ San Pawl li ser titqiegħed fuq l-artal ta’ San Pawl fil-Knisja Parrokkjali… Kompli aqra »

XHUR IMPENJATTIVI GĦALL-PAPA

Sakemm bħalissa l-Papa Benedittu XVI jinsab f’Castel Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma, li hi r-residenza tiegħu tas-Sajf, il-media diġa tefgħet għajnejha fuq il-programm ta’ attivitajiet li għandu diġa skedati quddiemu l-Kap tal-Knisja Kattolika fix-xhur li ġejjin sa tmiem is-sena. Qabel iħalli Castel Gandolfo fi tmiem ix-xahar id-dieħel għandu tliet avvenimenti importanti.

Sa dakinhar, saret il-laqgħa, appuntament annwali, tal-Papa mal-ex studenti tiegħu, fiż-żmien li hu kien Professur tat-Teoloġija f’Regensburg fil-Ġermanja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 31 ta’ Awissu

Luqa 4,31-37

Niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa. U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int: il-Qaddis ta’ Alla?” Imma Ġesù widdbu bis-sħiħ u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu?” Mbagħad l-ispirtu xeħtu fin-nofs u ħareġ minnu bla ma għamillu ħsara… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA QUDDIESA F’GĦELUQ IL-100 SENA TA’ TLIET RESIDENTI F’CASA LEONE

Nhar il-Ġimgħa, 27 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P iċċelebra Quddiesa ġewwa Casa Leone, San Ġiljan, f’għeluq il-100 sena ta’ tliet residenti: Mary Caruana, Josephine Calleja and Jospehine Camenzuli.

Mary Caruana twieldet il-Birgu fil-14 ta’ Settembru 1910. Hija ż-żgħira fost sitt aħwa, tlett subien u tlett bniet. Hija Xebba, u ħadet ħsieb tal-ġenituri tagħha meta dawn kibru. Wara l-gwerra marru joqgħodu B’Buġia fejn baqgħet tgħix sakemm fl-2003 iddeċidiet li tiġi tgħix f’Casa leone… Kompli aqra »

L-UŻU TAL-MISSAL RUMAN ĠDID FL-AMERIKA MILL-AVVENT 2011

Kattoliċi fl-Istati Unit ital-Amerika se jibdew jużaw it-traduzzjoni tant mistennija tal-Missal Ruman bl-Ingliż fl-ewwel Ħadd tal-Avvent fl-2011. Dan ħabbru l-Kardinal ta’ Chicago Francis E. George, President tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Istati Uniti. Din l-aħbar tfakkar fl-istess waqt ftuħ proċess sħiħ ta’ 15-il xahar ta’ edukazzjoni u taħriġ li għandu jwassal għal użu tajjeb ta’ dan il-Missal f’quddies bl-ilsien Ingliż fl-Amerika mis-27 ta’ Novembru 2011 ‘il quddiem… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Awissu

Luqa 4,16-30

U ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: ‘L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, u nxandar sena tal-grazzja tal-Mulej.’ Mbagħad raġa’ għalaq il-ktieb, tah lura lill-qaddej u qagħad bilqiegħda… Kompli aqra »

KAPPILLAN ĠDID GĦALL-PARROĊĊA SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM, F’BIRKIRKARA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. innomina lil Dun Josef Mifsud bħala kappillan ġdid tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, B’kara.

Dun Josef twieled iż-Żejtun fil-15 ta’ Mejju, 1981 u trabba s-Siġġiewi fejn ħa l-edukazzjoni primarja. Wara, studja s-Seminarju Minuri qabel ma daħal l-Universita’ fejn fis-sena 2009 kiseb il-liċenzjat fit-Teoloġija. Ġie ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju, 2007. Wara wettaq ħidma pastorali fil-parroċċa tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar, fejn fl-aħħar sentejn kien viċi-kapillan… Kompli aqra »

DELEGAT ĠDID GĦALL-KLERU U GĦALL-MEMBRI TA’ ISTITUTI TA’ ĦAJJA KONSAGRATA

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. nnomina lil Dun Frans Abdilla biex ikun id-Delegat tiegħu għall-Kleru u għall-Membri ta’ Istituti ta’ Ħajja Konsagrata. Huwa ser jieħu post lil Dun Ġuzepp Mifsud Bonnici.

Dun Frans Abdilla twieled Ħal Kirkop fid-29 ta’ Ottubru, 1956. Ġie ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 1984. L-ewwel ħidma pastorali tiegħu kienet bħala viċi-parroku fil-parroċċa ta’ San Filep, Ħaż-Żebbuġ. Fl-1990 inħatar Religious Counsellor fl-iskejjel u ta l-għajnuna tiegħu fil-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ… Kompli aqra »

30 ta’ Awissu – 51 ta’ Settembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

It-Tlieta

1.40 a.m. L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ lejn il-Polonja, f’postijiet ddedikati lill-Ħniena Divina.

L-Erbgħa

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd Kompli aqra »

ŻGĦAŻAGĦ B’DOKUMENT TA’ ‘VALURI’ LILL-ĠNUS MAQGĦUDA

Grupp ta’ 20 żagħżugħ u żagħżugħa rappreżentanti ta’ madwar 20 pajjiż ippreżentaw document b’valuri lill-Ġnus Maqgħuda. Għamlu dan f’sessjoni preseduta mill-Arċisqof irtirat ta’ New York u Osservatur Permanenti tas-Santa Sede għall-istess Ġnus Maqgħuda.

Il-Parlament Dinji taż-Żgħażagħ, imwaqqaf fl-1991, ħoloq id-dokument, li kien preżentat jiem ilu wara tħejjija ta’ sentejn.

Il-Kardinal Edward Egan, Arċisqof irtirat ta’ New York, faħħar l-inizjattiva li sejħilha punt ta’ referenza għas-soċjeta moderna… Kompli aqra »