Arkivji mensili: Settembru 2010

TISSOKTA Ż-ŻJARA STATALI TAL-PAPA FIR-RENJU UNIT…IL-PAPA JFAĦĦAR L-GĦERUQ INSARA FIL-PAJJIŻ

Pope in UK

Il-Papa Benedittu XVI dalgħodu mexxa assemblea ta’ tfal fil-Punent ta’ Londra. Dan meta qed jissokta biż-żjara statali tiegħu fir-Renju Unit. Wara mumenti ta’ talb, il-Papa nstaq bil-popemobile fil-bini tal-Kulleġġ Universitarju ddedikat lil Santa Marija fi Twickenham. Aktar kmieni huma reġa’ ngħata merħba mal-wasla tiegħu karatterizzata minn sigurta massima. Iżjed tard fl-iskeda hi laqgħa mal-Arċisqof ta’ Canterbury, fost appuntamenti oħrajn.

Intant, għexieren ta’ eluf ta’ persuni attendew għall-quddiesa fil-beraħ li ċċelebra l-Papa Benedittu XVI fi Glasgow, fl-Iskozja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Settembru

1After this, Jesus traveled about from one town and village to another, proclaiming the good news of the kingdom of God. The Twelve were with him, 2and also some women who had been cured of evil spirits and diseases: Mary (called Magdalene) from whom seven demons had come out; 3Joanna the wife of Cuza, the manager of Herod’s household; Susanna; and many others. These women were helping to support them out of their own means… Kompli aqra »

L-EWWEL PROFESSJONI TA’ FRA KARMENU SPITERI FOST IT-TEREŻJANI

Fra Karmenu huwa late vocation. Twieled il-Furjana fit-12 ta’ Settembru 1962. Huwa armel; u għex u ħadem għal 23 sena mal-Posta l-Ingilterra. Wara li ħa ħsieb martu marida bil-kanċer, qatagħha li jinżel Malta. Minn dejjem kien bniedem li ħabb it-talb u, mġarrab kif kien, sab il-faraġ u l-enerġija biex jagħti sehemu f’ħajja tajba.
Issa ilu midħla tal-ħidma u l-ispiritwalità tal-patrijiet Karmelitani Tereżjani mis-sena 2007… Kompli aqra »

JITFAKKAR IL-WIRT EWROPEW

Is-Santa Sede se terġa’ tipparteċipa fiċ-ċelebrazzjoni tal-Jiem ta’ Wirt Ewropew, inizjattiva tal-Kunsill tal-Ewropa, li fih jieħdu sehem iktar minn 50 pajjiż Ewropew. Iċ-ċelebrazzjonijiet dis-sena se jsiru l-Ħadd 26 ta’ Settembru u għandhom it-tema: “European Heritage for Inter-cultural Dialogue”  jew “Wirt Ewopew għal Djalogu Inter-Kulturali”.

Komunikat pubbliku spjega li jikkollaboraw flimkien għal din l-attivita huma l-Kummissjoni Pontifiċja għall-Patrimonju Kulturali tal-Knisja, il-Mużewijiet tal-Vatikan u l-Kummissjoni Pontifiċja għall-Arkeoloġija Sagra… Kompli aqra »

SEMINAR TA’ FORMAZZJONI GĦALL-GĦALLIEMA ĠODDA FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA

Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Settembru, 2010, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni organizza laqgħa ta’ formazzjoni g]al madwar 70 għalliem ġdid li ser jibdew jaqdu d-dmirijiet edukattivi tagħhom fis-sena skolastika li jmiss.

Id-Direttur għas-servizzi Edukattivi, Dr. Rose Anne Cuschieri, għamlet kelmtejn ta’ merħba u aċċennat dwar l-importanza ta’ dawn il-laqgħat. Hi semmiet xi punti importanti li jagħmlu t-tagħlim ġo skola tal-Knisja uniku fosthom dak kariżmatiku… Kompli aqra »

PROGRAMM TAŻ-ŻJARA PASTORALI FL-IMĠARR

25 ta’ Settembru  – 5 ta’ Ottubru

L-Erbgħa, 22 ta’ Settembru

9.30 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kapillan, Dun Antoine Borġ, fil-Kurja.

Is-Sibt, 25 ta’ Settembru

5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja fl-Oratorju.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Paroċċa tal-Imġarr u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 26 ta’ Settemru

7.30 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ Sant Anna, Żebbiegħ, u wara jiltaqa’ man-nies… Kompli aqra »

Anthony M. Baldacchino jiltaqa’ mal-Papa Benedittu XVI

“U jien għalfejn se mmur 20 minuta fuq il-katamaran mal-papa?” “kemm ha ndum nistenna, dan ġej jew?”. Meta niftakar li ħsibijiet li bdew jgħaddu minn moħħi dak il-ħin tfeġġli tbissima fuq fommi f’dik il-ġurnata tant speċjali, nhar it18 ta’ April, 2010. Sinċerament ma kont naf għalxiex dieħel u x’jista’ jiġri. Nistqarr, li mal-wasla tal-Papa Benedittu XVI qisu bhal bdejt noħlom u ħassejtni qisni qed ninqata’ mid-dinja reali… Kompli aqra »

LAQGĦAT MINN ‘BELONG’ GĦAL GĦARAJJES U MIŻŻEWĠIN ĠODDA

“X’Qed Nistenna fiż-żwieg?”, “Iż-żwieġ għal Dejjem?” “Iż-żwieg sabih!”, “Gideb u ħabi – APRIL FOOL”, “Jaqbillek Tikkoabita?”, u “Mal-kompjuter jien persuna oħra?”

Dawn huma wħud mit-temi li se jkunu indirizzati mill-grupp Belong bħala parti mis-sensiela ta’ laqgħat li se jittellgħu fix-xhur li ġejjin għal koppji għarajjes u miżżewġin żgħażagħ.

F’kummenti lil IL-ĠENSillum online, tfisser li l-grupp Belong jaħdem bis-sħiħ biex jagħti formazzjoni u appoġġ lil koppji li qed jieħdu r-relazzjoni tagħhom bis-serjetà, speċjalment fil-fażi inizjali, jiġifieri fl-għerusija u fil-bidu taż-żwieġ… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIĊĊELEBRA ‘JUM MALTA FIR-RENJU UNIT’

Nhar is-Sibt, 11 ta’ Settembru, 2010, f’Westminster, fir-Renju Unit, ġiet iċċelebrata ‘Jum Malta’. Din iċ-ċelebrazzjoni annwali saret waħda mfittxija mill-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit.

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. kien mistieden jattendi dawn l-attivitajiet. Flimkien ma’ l-Arċisqof ta’ Westminster, ir-Rev. Vincent Nicholas, l-Arċisqof Cremona kkonċelebra Quddiesa u wara saret purċissjoni bl-istatwa tal-Bambina fit-toroq ta’ Westminster. Il-purċissjoni ġiet fi tmiema quddiem il-Kappella tal-Qalb Imqaddsa fejn saret ċerimonja tal-għeluq.   … Kompli aqra »