Arkivji mensili: Settembru 2010

DUN PASCUAL CHAVEZ IŻUR IS-SALESJANI F’MALTA

The Rector Major of the Salesians of Don Bosco, Fr Pascual Chavez SDB, has begun his Extraordinary Visitation of the Salesian Delegation of Malta; the first he has undertaken personally during his term as successor of Don Bosco.

He arrived on the 2nd of September, at the airport of Gudja, where he was welcomed by Fr Paul Formosa, the Provincial Delegate… Kompli aqra »

IL-PAPA JISPJEGA L-MESSAĠĠ TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

 

Mar-ritorn tiegħu miż-żjara fil-belt Taljana ta’ Carpineto Romano, il-Papa Benedittu XVI indiriazza lil dawk preżenti għat-talba tal-Angelus mill-gallerija tal-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo, ir-residenza tiegħu tas-Sajf fin-nofsinhar ta’ Ruma.

Qabel it-talba Marjana, il-Papa irrefera għall-messaġġ li kien ippubblikat riċentament fl-okkażjoni tas-26 Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li għandu jiġi ċċelebrat f’Madrid fi Spanja f’Awwissu tas-sena d-dieħla. Fisser kif tnebbaħ għall-messaġġ minn frażi mill-Ittra ta’ San Pawl lill-Kolossin… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Settembru

Luqa 12-19

Mela darba fost l-oħrajn ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Settembru

Luqa 6,6-11

F’Sibt ieħor daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh. Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs.” Dak qam u ħareġ fin-nofs. U qalilhom Ġesù: “Ħa nistaqsikom ħaġa: X’jiswa nhar ta’ Sibt, tagħmel il-ġid jew tagħmel id-deni? … Kompli aqra »

6 – 12 ta’ Settembru

It-Tnejn

It-Tlieta
5.30 a.m. L-Arċisqof jasal lura Malta mill-Polonja.
4.30 p.m. L-Isqof ta’ Purnea fl-Indja, Mons. Angelus Kujur  jagħmel żjara ta’ kortesija lill-Arċisqof fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

10.00 a.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina u Festa Nazzjonali, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Il-Ħamis

7.15 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Settembru

Luqa 14, 25-33

Kotra kbira ta’ nies kienet miexja miegħu; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ‘l ommu u lil martu u lil uliedu, ‘l ħutu subjien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu. Min ma jerfax salibu u jimxi warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi… Kompli aqra »

“FEJN HEMM IL-MISSJUNARJI MALTIN, HEMM ISSIB OASI TA’ HENA”

F’dawn il-jiem, voluntiera Maltin, membri tal-Mission Fund, qed iwettqu proġett ta’ bini fi sptar fit-Tanzanija mmexxi mit-tabiba Maltija, Sr Maria Borda MMM, reliġjuża fi ħdan il-Kongregazzjoni Medical Missionaries of Mary.

F’kummenti lil IL-ĠENSILLUM online, Fr Marċellino Micallef OFM, Direttur Spiritwali tal-Mission Fund u li bħalissa jinsab it-Tanzanija, fisser li l-binja li qed tittellgħa fl-Isptar Makiungu “qed issir realtà bl-għajnuna ġeneruza tal-poplu Malti u Għawdxi”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 4 ta’ Settembru

1One Sabbath Jesus was going through the grainfields, and his disciples began to pick some heads of grain, rub them in their hands and eat the kernels. 2Some of the Pharisees asked, “Why are you doing what is unlawful on the Sabbath?”

3Jesus answered them, “Have you never read what David did when he and his companions were hungry? 4He entered the house of God, and taking the consecrated bread, he ate what is lawful only for priests to eat… Kompli aqra »

“LI WIEĦED JERSAQ GĦAT-TQARBIN JURI GRATITUDNI” – IL-PAPA

“Meta jieħdu sehem fil-quddiesa u jirċievu l-Ewkaristija, il-kattoliċi jimtlew bil-gratitudni għal premijiet il-kbar li jagħtina Alla.” Hekk qal il-Papa lil grupp ta’ studenti li kien jgħallem meta kien għadu lekċerer l-Universita.

“Sakemm m’għandniex x’inroddulu lura, u sakemm aħna lkoll midinbin, Ġesu jistedinna għall-ikla tiegħu u jrid ikun magħna”, kompla l-Papa waqt li kien qed jippresiedi l-quddiesa f’Castel Gandolfo waqt il-laqgħa annwali mal-istudenti li kien jgħallem meta kien Professur fil-Ġermanja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 3 ta’ Settembru

Luqa 5, 33-39

Iżda huma qalulu: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu?” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb ta’ l-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.” Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima… Kompli aqra »