Arkivji mensili: Novembru 2010

ĠURNATA TA’ TALB GĦALL-VOKAZZJONIJIET FIS-SEMINARJU

Nhar il-Ħamis, 2 ta’ Diċembru 2010, se ssir ġurnata ta’ talb għall-vokazzjonijiet Saċerdotali u Reliġjużi fil-Kappella tas-Seminarju, f’Tal-Virtu’, r-Rabat. Il-ġurnata tibda fid-9.30am b’ Quddiesa u wara jkun hemm adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija matul il-ġurnata kollha. Fis-7.15 p.m. issir ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bis-sehem tas-Seminaristi. Kulħadd mistieden li jattendi f’xi ħin matul il-ġurnata.

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 30 ta’ Novembru

Mattew 4,18-22

Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda. U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. ” U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh. Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom… Kompli aqra »

PRESIDENT ĠDID GĦALL-KUMMISSJONI DJOĊESANA ŻGĦAŻAGĦ

L-Arċisqof Pawlu Cremona nnomina lil Anthony Mifsud, żagħżugħ ta’ 29 sena, bħala President tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ. Hu se jieħu post Fr Savio Vella sdb li ilhu jmexxi l-Kummissjoni għal dawn l-aħħar sitt snin.

Anthony Mifsud twieled il-Mosta fis-6 t’Ottubru, 1981. Wara li ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola Stella Maris u fil-Kulleġġ S.Alwiġi, hu ggradwa fil-B.Sc. Biology & Chemistry mill-Universita’ ta’ Malta. F’din l-aħħar sena kien qed jgħallem fid-Dipartiment tal-Bijoloġija fil-Junior College… Kompli aqra »

L-Ittra tal-Arċisqof liż-Żgħażagħ

‘NIŻŻLU GĦERUQKOM FIH’

Għeżież Żgħażagħ,

Minn hawn u ftit ieħor aħna se niċċelebraw il-Milied.

Fil-Milied niċċelebraw it-twelid ta’ Sidna Ġesù bħala bniedem. Ma nafx jekk timpressjonakomx, iżda jien kemm-il darba naħseb fuqha. Sidna Ġesù Kristu ma sarx bniedem biss fid-dehra, kemm jaqdi l-missjoni tiegħu, iżda qiegħed l-għeruq tiegħu fl-umanità li hu ħaddan. Sar bniedem u għex totalment l-umanità tiegħu: feraħ bħalna, beka bħalna, għex bħalna t-tfulija, ż-żgħożija, u bħala adult… Kompli aqra »

IL-KTIEB IL-ĠDID B’INTERVISTI JURI “PAPA MIEXI MAGĦNA LKOLL”

“Il-ktieb il-ġdid “Light of the World”, li jġib il-kummenti tal-Papa Benedittu XVI intervistat, huwa opportunita biex wieħed jiskopri Papa li jimxi magħna”. Dan stqarru Patri Federico Lombardi, Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan waqt l-aħħar episodju ta’ ‘Octava Dies’.

Lombardi tkellem dwar il-ktieb il-ġdid maħruġ fil-jiem li għaddew minn Ignatius Press u li jġib sejre intervisti magħmula mill-ġurnalist Peter Seewald lill-Papa. Lombardi qal li fl-intervisti Benedittu XVI jidher mhux biss bħala l-Papa iżda bħala l-bniedem uman, fattur li jattira s-simpatija ta’ ħafna li japprezzaw it-tjubija u s-sensittivita, l-umilta u l-umanita tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 29 ta’ Novembru

Mattew 8,5-11

Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu  bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq. ” Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu “ “Sinjur?”, qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din… Kompli aqra »

29 ta’ Novembru – 5 ta’ Diċembru

It-Tnejn

9.15 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Knisja.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bi tħejjija għall-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni, f’Bormla.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arcisqof jattendi l-ewwel sessioni tas-Seminar għat-Tiġdid Presbiterali li se jsir fil-Monasteru tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina

4.00 p.m. L-Arcisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Finanzjarju Djoċesan fil-Kurja.

L-Erbgħa

8.30 a.m… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Novembru u Kelma għall-Ħajja

Agħfas hawn biex tara l-iktar edizjoni riċenti tal-programm ‘Kelma għall-Ħajja’.

L-Ewwel Hadd tal-Avvent    –  Ishru

Mattew 24,37-44

Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. Għax kif fiż-żmien  ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewwġu u jżewwġu sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem… Kompli aqra »

L-Arċisqof jippreżenta Ittra liż-Żgħażagħ

Nhar il-Ħadd 28 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona se jwassal l-Ittra tiegħu liż-Żgħażagħ għal din is-sena, fl-Oratorju tal-Mosta fis-6:30 p.m. Dakinhar jaħbat l-ewwel Ħadd tal-Avvent; il-bidu tas-sena liturġika. Il-messaġġ tal-Arċisqof jiżvolġi mat-tema attwali tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li tkun magħżula mill-Papa għar-riflessjoni taż-żgħażagħ. It-tema din id-darba se tkun: “Niżżlu għeruqkom fih, u ibnu l-ħajja tagħkom fuqu; issaħħu fil-fidi” (Kol 2,7).

L-Ittra ta’ l-Arċisqof hi maħsuba biex toffri gwida liż-żgħażagħ fit-tfittxija tagħhom għall-ħajja aktar sħiħa… Kompli aqra »

IL-PRESEPJU FIL-FAMILJI TAGĦNA – AVVENT 2010

Ħuti għeżież,

Fil-Milied aħna bħala Nsara nifirħu bil-miġja tal-Iben ta’ Alla fostna meta sar bniedem. Dan aħna nagħrfuh fit-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Iżda aħna wkoll nistagħġbu meta naraw b’liema mħabba Alla l-Missier ħejja l-miġja ta’ Ibnu fostna. Ħejja lil Ommu Marija u lil Missieru putattiv Ġużeppi biex l-għerusija u ż-żwieġ tagħhom jgħaqqduhom mat-twelid ta’ tarbija li Alla l-Imbierek kien se jibagħtilhom: it-tarbija kienet fil-qofol tal-ħajja miżżewġa tagħhom… Kompli aqra »