Arkivji mensili: Novembru 2010

BEJN L-2000 U L-2009 TWIELDU 936 TARBIJA LIL TFAJLIET TAĦT IT-18

Informazzjoni miġbura mid-Diviżjoni tas-Saħħa turi li bejn is-sena 2000 u l-2009 kienu 936 it-trabi mwielda lil tfajliet taħt it-18-il sena. Dan ħareġ waqt it-tnedija għall-Politika Nazzjonali Favur is-Saħħa Sesswali.

F’seminar, il-Ministru tas-Saħħa Joe Cassar qal li l-politika Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali se tkun element integrali għas-soċjetà Maltija u għandha titfassal b’rispett lejn kull aspett tas-sesswalità u tal-bniedem.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-EDITORJAL FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Novembru

Luqa 21,34-36

“Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. Għax hu Jum li għad jaqa’ bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha.  Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”

Il-Qaddis tal-Jum:

Il-Madonna tal-Midalja Mirakoluża

Kompli aqra »

MEXXEJJA TAL-KNISJA B’APPELL GĦALL-PAĊI FIL-KOREA

Il-Mexxejja tal-Knisja fil-Korea t’Isfel qed jappellaw għall-paċi fil-Korea wara l-attakk li seħħ fil-jiem li għaddew mill-Korea ta’ Fuq fuq il-gżira ta’ Yeonpyeong. Fr Johannes Kim Yong-hwan, Kanċillier tad-Djoċesi ta’ Incheon, li tkopri Yeonpyeong, asserixxa li r-relazzjonijiet bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Korea t’Isfel, marru għall-agħar taħt it-tmexxija tal-Gvern preżenti.  Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet UCA, huwa appella lill-Korea t’Isfel sabiex “tintroduċi djalogu li jqarreb iż-żewġ naħat”… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF IBIEREK L-ISTATWA TAL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek statwa ġdida tal-Papa Ġwanni Pawlu II fir-residenza San Vincenz de Paule. L-istatwa inħadmet minn Michael Bonniċi, li jaħdem mal-anzjani fil-blokk imsemmi għall-istess Papa, li ġie inawgurat f’Mejju 2010 u li fih jilqa’ fih 144 resident li jbagħtu minn dimensja.

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JIPPREŻENTA L-PREMJU MONS. AZZOPARDI

Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Novembru, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ippreżenta l-premju Mons. Azzopardi waqt attivita’, fir-Radisson Blu Resort, San Ġiljan. Ir-rebbieħa tal-edizzjoni ta’ din is-sena kienu Mons. Lawrence Gatt u Dun Ġużepp Borġ Micallef.

Ir-rebbieħa għal bosta snin ħadmu mill-qrib ma’ persuni b’diżabilita’ kif ukoll mal-familjari tagħhom. Permezz tax-xogħol tagħhom waslu biex tinħoloq kuxjenza soċjali fir-rigward ta’ persuni b’diżabilita’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Novembru

Luqa 21,29-33

U qalilhom parabbola: “Ħarsu lejn is-siġra tat-tin u s-siġar  l-oħra. Malli tarawhom jarmu, intom stess tintebħu li s-sajf diġà fil-qrib. Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-Saltna ta’ Alla hi fil-qrib. Tassew ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu. Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix… Kompli aqra »

STUDJU JURI LI L-PALESTINJANI NSARA JIPPREFERU LI MA JEMIGRAWX

Skont riżultati ta’ studju kkummissjonat mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni ta’ Għajnuna Kattolika, konsorzju ta’ organizzazzjonijiet Insara f’Ġerusalemm, Palestinjani żgħażagħ Insara b’ċertu standard t’edukazzjoni jippreferu ma jemigrawx u jibqgħu fil-pajjiż, jekk mogħtija l-opportunitajiet xierqa.

Sami El-Yousef, Direttur Reġjonali ta’ Ġerusalemm għall-Missjoni Pontifiċja tal-Palestinjana, membru tal-konsorzju, qal li ż-żgħażagħ għandhom rabtiet qawwija m’art twelidhom u qed iħarsu lejn il-Knisja u l-organizzazzjonijiet fi ħdanha sabiex jgħinuhom jibqgħu fil-pajjiż u jipprovdulhom opportunitajiet xierqa ta’ impjieg u jgħinuhom ukoll fil-qasam edukattiv u f’dak tad-djar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Novembru

Luqa 21,20-28

“Meta mbagħad taraw lil Ġerusalemm magħluqa minn kullimkien bl-eżerċti, tkunu tafu li l-qerda tagħha tkun waslet. Ħa jaħarbu mbagħad lejn il-muntanji dawk li jkunu fil-Lhudija u jitbiegħdu minnha dawk li jkunu ġo nofsha, u ma jerġgħux lura fiha dawk li jkunu fir-raba’; għax dawk ikunu jiem il-kastig li fihom iseħħ kull ma hemm miktub… Kompli aqra »