‘IL-LIBERTA RELIĠJUŻA, LEJN IL-PAĊI’
31/12/2010Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għall-44 Jum Dinji tal-Paċi, iċċelebrat fl-1 ta’ Jannar 2011, huwa bbażat fuq it-tema tal-liberta reliġjuża, t-triq lejn il-paċi. Din it-tema hija estremament ċentrali, speċjalment minħabba l-fatt li tolqot dimensjonijiet oħra tal-ħajja umana fis-soċjeta tal-lum. Il-Papa jaċċenna għall-importanza tal-vuċi tal-Knisja, fir-rigward tad-dritt għal-liberta reliġjuża u libertajiet oħra. Issir ukoll refernza għal dokumenti oħra tal-Knisja li jaċċennaw għal dawn il-kwistjonijiet.
Il-Papa jafferma li “l-liberta reliġjuża tesprimi x’inhu uniku dwar il-persuna umana, li jippermetti li wieħed idur b’ħajtu lejn Alla, li jimla lill-bniedem u jagħtih identita sħiħa”… Kompli aqra »