Yearly Archives: 2010

IŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIR-RENJU UNIT B’IŻJED MINN BEATIFIKAZZJONI

Il-Vatikan qal li iż-żjara ta’ erbat ijiem fir-Renju Unit mill-Papa hi vjaġġ li jdur mal-beatifikazzjoni tat-teologu u intelletwali tas-seklu 19, il-Kardinal John Henry Newman. Pero, l-iskeda tal-Papa għal din iż-żjara tkopri ħafna iżjed appuntamenti, bħal laqgħa mar-Reġina Eliżabbetta II, mal-Prim Ministru Ingliż u membri tal-partiti fl-Oppożizzjoni, kif ukoll laqgħa mal-Arċisqof Anglikan Rowan Williams ta’ Canterbury, mexxej tal-Komunita Anglikana madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 28 ta’ Awissu

Mattew 25,14-30

“Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra… Kompli aqra »

L-EWTN B’XANDIRIET DIRETTI TAŻ-ŻJARA TAL-PAPA FIR-RENJU UNIT

Meta l-Papa Benedittu XVI se jkun qed jagħmel żjara statali fir-Renju Unit bejn is-16 u d-19 ta’ Settembru li ġej, kull persuna madwar id-dinja se tkun tista’ ssegwi xandiriet trasmessi diretti fuq it-televiżjoni fuq l-istazzjon EWTN, l- Eternal Word Television Network.

Dan in-network televiżiv ħabbar li se jkun qed jitrasmetti direttament iż-żjara tal-Papa fl-Ingilterra u l-Iskozja fuq it-televiżjoni bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Ġermaniż u bil-Franċiż… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 27 ta’ Awissu

Mattew 25,1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu. Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! … Kompli aqra »

ID-DINJA TĦEJJI GĦAL GĦELUQ IL-100 SENA TA’ MADRE TEREŻA

Illum, il-Ħamis, 26 ta’ Awissu, 2010, jaħbat il-100 sena mill-ġurnata tat-twelid ta’ Madre Tereża. L-Ordni li waqqfet tal-Missjonijiet tal-Karita, kif ukoll nies fil-fidi u oħrajn li ma jżommux twemmin partikolari madwar id-dinja, qed jippreparaw għal dan l-anniversarju. Sor Mary Prema, Superjura Ġenerali tal-missjonijiet tal-Karita sa mill-2009, qalet li “ħajjitha u ħidmitha ikomplu jkunu ispirazzjoni għaż-żgħażagħ u l-adulti, għall-għonja u l-fqar minn kull strata tal-ħajja u għal kull reliġjon u pajjiż”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 26 ta’ Awissu

Mattew 24,42-51

Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu  l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? … Kompli aqra »

‘IR-RISKJU TA’ KLERIKALIŻMU HU PERIKOLUŻ’

Ir-Rettur tas-Seminarju, Fr Jimmy Bonnici, irrikonoxxa li fost seminaristi Maltin, l-istess bħal f’pajjiżi oħra, jeżisti r-riskju ‘perikoluż’ tal-klerikaliżmu u sostna li kemm il-klerikaliżmu kif ukoll l-antiteżi tiegħu fejn seminaristi “jinħbew wara l-kunċett ta’ tolleranza u jgħixu reliġjon privata” huma ‘inkwetanti’.

Numru ta’ qarrejja ta’ IL-ĠENSILLUM online fil-ġimgħat li għaddew avviċinaw lil din il-gazzetta diġitali dwar elementi ta’ ‘neo-klerikaliżmu’ fost saċerdoti ordnati dan l-aħħar, kemm fl-ilbies tagħhom kif ukoll fil-mod kif iċċelebraw il-Prima Messa tagħhom… Kompli aqra »

L-IRLANDA TGĦIN LILL-VITTMI TAL-GĦARAR FIL-PAKISTAN

Kattoliċi madwar l-Irlanda kollha ngħaqdu sabiex jgħinu lill-madwar 20 miljun vittma tal-għarar fil-Pakistan permezz ta’ ġbir ta’ flus fil-knejjes. Il-Pakistan jingħad li ra l-agħar staġun ta’ xita f’sekli sħaħ, xita li kkaġunat għarar devastanti li wasslet għal madwar 2,000 mewt u laqtet mal-20 miljun persuna oħra. Kien irrappurtat li ż-żona milquta mill-għarar hi kbira daqs l-Ingilterra.

Trocaire, l-aġenzija ta’ żvilupp fi ħdan il-Kmnisja fl-Irlanda, qed taħdem qatigħ biex tipprovdi għajnuna immedjata lill-vittmi tal-għarar… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Awissu

Mattew 23,27-32

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ!  Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu l-monumenti tal-ġusti,  u tgħidu, ‘Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,’ u b’hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti! … Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Awissu

Gwanni 1,45-51

Filippu sab lil Natanjel u qallu: “Sibna lil dak li fuqu kitbu Mosè fil-Liġi, u l-profeti fil-kotba tagħhom: Ġesù minn Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanjel: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?””Ejja u ara?” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi?” qallu Natanjel,”int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael?” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »