Il-Vatikan qal li iż-żjara ta’ erbat ijiem fir-Renju Unit mill-Papa hi vjaġġ li jdur mal-beatifikazzjoni tat-teologu u intelletwali tas-seklu 19, il-Kardinal John Henry Newman. Pero, l-iskeda tal-Papa għal din iż-żjara tkopri ħafna iżjed appuntamenti, bħal laqgħa mar-Reġina Eliżabbetta II, mal-Prim Ministru Ingliż u membri tal-partiti fl-Oppożizzjoni, kif ukoll laqgħa mal-Arċisqof Anglikan Rowan Williams ta’ Canterbury, mexxej tal-Komunita Anglikana madwar id-dinja kollha.

Il-quddiesa tal-beatifikazzjoni tal-Kardinal Newman se ssir fl-aħħar jum taż-żjara statali tal-Papa fir-Renju Unit u se tkun l-ewwel liturġija ta’ beatifikazzjoni li se jkun qed jippresiedi l-Papa Benedittu XVI minn meta ġie elett fl-2005. Minn dakinhar sal-lum dejjem iddelega kardinali sabiex jippresiedu f’ismu ċermonji ta’ beatifikazzjoni, u dan sabiex jenfasizza wkoll id-differenza bejn beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni.

VATICAN CITY (CNS)