Yearly Archives: 2010

PREŻENTAZZJONI TAT-TRABI LIL MADONNA FIL-PAROĊĊA TA’ ĦAD DINGLI

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet bi tħejjija għall-festa ta’ Santa Marija fil-parroċċa ta’ Ħad-Dingli, nhar it-Tlieta 17 ta’ Awwissu, 2010,  l-istess parroċċa għazlet it-tema tal-Verġni Mqaddsa Marija, bidu tal-ferħ tagħna. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa quddiesa li fiha kien iċċelebrat id-don tal-ħajja. Fi tmiem, hu mexxa mument qasir ta’ talb biex imbagħad madwar 35 tarbija li twieldu lil ġenituri residenti f’Ħad-Dingli fl-aħħar sena ġew ippreżentati lil Santa Marija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Awissu

Mattew 22,1-14

Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew  għall-festa.’ Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu, u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom.   … Kompli aqra »

IL-PAPA JIDDESKRIVI LILL-EX PRESIDENT MALTI DE MARCO BĦALA EŻEMPJU GĦALL-POLITIĊI

Dr Guido De Marco

Il-Papa Benedittu XVI iddeskriva lill-ex-President Malti Guido De Marco bħala eżempju għall-politiċi kollha. Skont Radju Vatikan, il-Papa klassifika lil Guido De Marco bħala “fine statesman”. De Marco miet fit-12 t’Awwissu fl-eta ta’ 79 sena. Fost karigi oħra, huwa serva bħala President tar-Repubblika ta’ Malta bejn l-1999 u l-2004, is-sena li matulha Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea. Funeral statali sar it-Tnejn li għadda… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Awissu

Mattew 20,1-16

“Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ fil-għodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kull jum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom, ‘Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom.’ U marru.  Raġa’ ħareġ għal xi s-sitt siegħa u mbagħad għal xi d-disgħa siegħa, u għamel l-istess.  … Kompli aqra »

JITFAKKAR IS-SEBGĦIN ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-FONDAZZJONI TA’ TAIZE

Taize Community

Hekk kif il-komunita ta’ Taize fakkret is-sebgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni u l-ħames anniversarju mill-mewt tal-fundatur tagħha, il-Papa Benedittu XVI rrefera għall-“ekumeniżmu tal-qdusija” bħala ispirazzjoni “fil-mixja lejn il-qdusija”.

Il-Komunita ta’ Taize fakkret il-ħames anniversarju  mill-mewt ta’ Bro Roger Schutz, li kien inqatel nhar is-16 t’Awwissu 2005 minn mara li kienet mentalment instabbli. Bro Roger dakinhar kellu 90 sena.

Il-Komunita qed tfakkar ukoll is-70 anniversarju tal-fondazzjoni, imfakkar preċiżament nhar l-20 t’Awwissu, il-jum li fih Bro Roger wasal f’Taize fi Franza… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MIS-SEGRETARJU TAL-ISTAT TAL-VATIKAN

Qed nippublikaw messaġġ mibgħut lill-Arcisqof Pawlu Cremona, mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone. Dan il-messaġġ inqara fi tmiem il-Funeral Statali tal-President Emeritus, il-Professur Guido de Marco, nhar it-Tnejn, 16 ta’ Awwissu, 2010. Agħfas fuq il-messaġġ biex tkabbar.

Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Awissu

Mattew 19,23-30

Mbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet?” Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?” Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun; għal Alla kollox jista’ jkun.” Mbagħad qabeż Pietru u qallu: “Tajjeb! … Kompli aqra »

Inawgurat il-programm għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Awwissu, 2010 il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) inawgurat il-programm tal-World Youth Day 2011, li se jilħaq il-qofol tiegħu f’Awwissu s-sena d-dieħla, f’Madrid. Mijiet ta’ żgħàżagħ attendew il-ftuħ uffiċjali biex ikunu minn ta’ l-ewwel li jiġbru l-applikazzjoni biex jieħdu sehem fil-WYD fi Spanja. Il-formola tpoġġiet ukoll fuq il-website tal-kummissjoni www.kdz.org.mt.

L-attività ġiet imtellà mill-grupp Żgħażagħ Parroċċa Mġarr li ħadu ħsieb kemm l-organiżżazzjoni tas-serata kif ukoll l-animazzjoni tal-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Pawl Cremona… Kompli aqra »

ISQFIJIET TAL-AMERIKA LATINA B’APPELL IMQANQAL BIEX ĦAITI TIMXI ‘L QUDDIEM

L-Isqfijiet tal-Amerika Latina u l-Karibew tennew is-solidarjeta tagħhom ma’ Ħaiti hekk kif il-Ħaiti jinsab jirkupra mit-terremot massiv li laqat il-pajjiż f’Jannar li għadda.

Il-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali tal-Amerika Latina u l-Karibew, flimkien mal-Kunsill Episkopali Latin Amerikan, iċ-CELAM, qalu dan wara li ltaqgħu fl-aħħar jiem f’Bogota mal-President tal-Konferenza Episkopali f’Ħaiti, l-Arċisqof Louis Kebreau. Huma ltaqgħu biex jiddiskutu il-ħtiġijiet tal-pajjiż, issa li għaddew xhur mit-terremot… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Awissu

Mattew 19,16-22

Resaq wieħed fuqu u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”  U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti.” “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ‘l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” Qallu ż-żagħżugħ: “Jiena dan kollu ħaristu; x’jonqosni iżjed?” Wieġbu Ġesù: “Jekk trid tkun perfett, mur, bigħ il-ġid li għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema ; mbagħad ejja u imxi warajja?”… Kompli aqra »