Taize Community

Hekk kif il-komunita ta’ Taize fakkret is-sebgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni u l-ħames anniversarju mill-mewt tal-fundatur tagħha, il-Papa Benedittu XVI rrefera għall-“ekumeniżmu tal-qdusija” bħala ispirazzjoni “fil-mixja lejn il-qdusija”.

Il-Komunita ta’ Taize fakkret il-ħames anniversarju  mill-mewt ta’ Bro Roger Schutz, li kien inqatel nhar is-16 t’Awwissu 2005 minn mara li kienet mentalment instabbli. Bro Roger dakinhar kellu 90 sena.

Il-Komunita qed tfakkar ukoll is-70 anniversarju tal-fondazzjoni, imfakkar preċiżament nhar l-20 t’Awwissu, il-jum li fih Bro Roger wasal f’Taize fi Franza.

Messaġġ tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, assigura l-qrubija tal-Papa nnifsu u l-għaqda tiegħu fit-talb mal-komunita ta’ Taize u ma’ dawk kollha involuti fil-kommemorazzjoni tat-tifkira ta’ Bro Roger.

Bro Roger, xud kontinwu tal-vanġelu tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, kien pijunier fit-toroq diffiċli lejn l-għaqda fost id-dixxipli ta’ Kristu”, spjega l-messaġġ. “Sebgħin sena ilu, Bro Roger beda l-komunita li qed tkompli tara eluf ta’ żgħażagħ ifittxu s-sens fil-ħajja tagħhom, jiġu minn madwar id-dinja kollha u jintlaqgħu minn din il-komunita għat-talb u għal esperjenzi personali ma’ Alla”.

Il-Papa kompla li “mill-ġenna, Bro Roger xorta għadu jkellimna. Jalla x-xiehda tiegħu ta’ ekumeniżmu ta’ qdusija jispirana fil-mixja tagħna lejn l-għaqda, u jalla li l-komunita ta’ Taize tkompli tgħix u tkebbes il-kariżma tiegħu, speċjalment lejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa”.