Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Awissu

Mattew 18,21-19,1

Mbagħad Pietru resaq lejh u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?” “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet,” wieġbu Ġesù,”imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart elef talent. Billi ma kellux minn fejn iroddhomlu, is-sinjur ordna li jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b’hekk jitħallas id-dejn.   … Kompli aqra »

KOMPETIZZJONI TAL-FOTOGRAFIJA DWAR IL-FAQAR

Il-Caritas Malta qed torganizza kompetizzjoni tal-fotografija taħt il-patroċinju tal-
Malta Photographic Society għall-okkażjoni tas-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali.

Il-Kompetizzjoni, bit-tema: Ilqa’ l-isfida: Ġib il-Faqar fix-Xejn, hija miftuħa għar-risidenti kollha ta’ Malta u Għawdex u tagħlaq fit-23 ta’ Settembru, 2010.  Formoli tal-parteċipazzjoni u l-kundizzjonijiet tad-dħul jistgħu jinkisbu mill-ħwienet ewlenin tal-fotografija, il-Caritas Malta u l- Malta Photographic Society.  Din il-kompetizzjoni hija sponsorjata mill-Actavis… Kompli aqra »

TLETT MEMBRI ĠODDA FIL-KONGREGAZZJONI GĦALL-KAWŻI TAL-QADDISIN

Il-Papa Benedittu XVI ħatar tliet membri ġodda fi ħdan il-Kongregazzjoni għall-kawżi tal-qaddisin. Komunikat tal-Vatikan ħabbar li l-Arċisqof Fortunato Baldelli, ta’ 74 sena, li għall-aħħar 12-il xahar serva fil-Penitenzjarju Appostoliku, kien nominat għal din il-kongregazzjoni.

Tħabbar ukoll li l-Arċisqof Raymond Leo Burke, ta’ 62 sena, Prefett tat-Tribunal Suprem tal-Firmatarju Appostoliku, inħatar ukoll fid-Dekasteru.

It-tielet prelat nominat għal din il-Kongregazzjoni huwa l-Isqof Antoni Stankiewicz, ta’ 74 sena li huwa wkoll Prefett tat-Tribunal tar-Romano Rota… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Awissu

Mattew 18,15-20

“Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta. Jekk imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu b’wieħed pagan u pubblikan… Kompli aqra »

JIŻDIEDU L-PELLEGRINI FL-ART IMQADDSA FL-2010

Fl-ewwel sitt xhur tal-2010, madwar miljun u 600,000 turist żaru l-Art Imqaddsa u rreġistraw żjieda meta l-istatistika titqabbel mal-2009. Skont il-Patri Franġiskan Pierbattista Pizzaballa, dan hu dovut għal fatturi diversi.

In-numru ta’ turisti, jirriżulta li mis-sena li għaddiet ‘l hawn, żdied b’39%. Il-kustodju tal-Art Imqaddsa qal lil Radju Vatikan lid an jista’ jkun attribwit l-ewwel “għall-attivita kbira min-naħa tal-konferenza episkopali, id-djoċesijiet u s-saċerdoti fil-parroċċi”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 10 ta’ Awissu

Gwanni 12,24-26

Tassew tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. Min iħobb lil ħajtu jitlifha; imma min jobgħod lil ħajtu f’din id-dinja jħarisha għall-ħajja ta’ dejjem. Jekk xi ħadd irid jaqdini, hu għandu jimxi warajja; u fejn inkun jien, hemm ukoll ikun il-qaddej tiegħi. Min jaqdi lili, il-Missier jagħtih ġieħ… Kompli aqra »

IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II JKOMPLI JWASSAL GĦALL-AKTAR VOKAZZJONIJIET

Wieħed mid-djakni permanenti ta’ Hon Kong, qal kif il-Papa Ġwanni Pawlu II wassal għall-vokazzjoni tiegħu, speċjalment wara l-mewtu.

Id-djaknu Stephen Kwok Ping-fai huwa wieħed mill-erba’ djakni li ġew ordnati nhar l-24 ta’ Lulju, fil-Kattidral tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa Hon Kong.

Id-djaknu Kwok ta’ 45 sena irrakonta kif l-ammont ta’ ħin iddedikat mill-medja lil dan il-Papa wara mewtu, fl-2005, servit ta’ xprun biex reġat tgħat ħajja lill-vokazzjoni tiegħu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 9 ta’ Awissu

Mattew 25, 1-13

“Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom in-ngħas u raqdu.  Mbagħad f’nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat, ‘Ara l-għarus! … Kompli aqra »

9 – 15 ta’ Awwissu

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali ta’ Marsaxlokk dwar il-ħatra ta’l-Kappillan il-ġdid.

It-Tlieta

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-Sur Louis Vella, Konslu Malti f’Kalifornja.

L-Erbgħa

Il-Ħamis

8.30 p.m. L-Arċisqof iżur l-attivitajiet kulturali ta’ Ħ’Attard organizzati fl-okkażjoni tal-ġimgħa tal-festa ta’ Sta Marija… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 8 ta’ Awissu

Luqa 12,32-48

“Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tħassar. Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll.” “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih… Kompli aqra »