Fl-ewwel sitt xhur tal-2010, madwar miljun u 600,000 turist żaru l-Art Imqaddsa u rreġistraw żjieda meta l-istatistika titqabbel mal-2009. Skont il-Patri Franġiskan Pierbattista Pizzaballa, dan hu dovut għal fatturi diversi.

In-numru ta’ turisti, jirriżulta li mis-sena li għaddiet ‘l hawn, żdied b’39%. Il-kustodju tal-Art Imqaddsa qal lil Radju Vatikan lid an jista’ jkun attribwit l-ewwel “għall-attivita kbira min-naħa tal-konferenza episkopali, id-djoċesijiet u s-saċerdoti fil-parroċċi”. Fi kliemu, il-pellegrini jaslu l-iktar mill-Istati Uniti, mir-Russja, minn Franza, mir-Renju Unit, mill-Ġermanja u mill-Italja.

Patri Pizzaballa innota wkoll il-kampanji ta’ promozzjoni li ddeskrivihom intensi u li qed isiru kontinwament minn saċerdotiu reliġjużi, kif ukoll minn għadd ta’ aġenziji turistiċi li min-naħa tagħhom qed joħolqu offerti attraenti u li wieħed jaffordja.

Temm jgħid li, “dawn il-fatturi flimkien wasslu għal qawmien fl-interess fl-Art Imqaddsa. U dan mhux biss ġo l-Ewropa iżda issa anki fil-kontinent Asjatiku”.

ROME, (Zenit.org)