Yearly Archives: 2010

L-ARĊISQOF IŻUR L-ISKOLA SAJF ORGANIZZATA MIS-SORIJIET TA’ MADRE TEREŻA

Nhar il-Ġimgħa, 6 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremoan O.P. żar l-Iskola Sajf organizzata mis-Sorijiet ta’ Madre Tereża, fl-Iskola Marija Assunta, Ħamrun. L-Iskola Sajf, ta’ kull sena, tilqa’ fiha tfal mill-Belt Valletta, Bormla, Birgu u Senglea. Matul il-ħames ġimgħat li ddum l-iSkola Sajf, dawn it-tfal, li xi uħud ġejjin, minn ambjent ta’ familji mfarrka, jiġu mgħallma jagħmlu crafts, jkantaw u jieħdu sehem f’bosta attivitajiet oħra biex jitgħallmu li minkejja dak kollu li għaddejjin minnu Alla Huwa dejjem magħhom… Kompli aqra »

IL-ĦADD: DRITT TA’ MISTRIEĦ GĦAL KULĦADD

.

.

.

.

Hija prattika komuni li l-ħaddiem huwa ntitolat għall-Jum ta’ mistrieħ, u dan id-dritt huwa mħares b’liġijiet apposta li jittrattaw il-kundizzjonijiet tal-ħaddiem. Hawn Malta wkoll għadna din il-norma ta’ Jum ta’ mistrieħ il-Ħadd, li ġiet msaħħa maż-żmien mill-influwenza tal-ħakma ingliża f’Malta. L-istatuti ngliżi li kienu bbażati mill-liġi kanonika u l-Liġi Rumana kienu jipprojbixxu x-xogħol u attivijiajiet kummerċjali fil-Jum tal-Ħadd… Kompli aqra »

ID-DIVORZJU JITTIEĦED BĦALL-VIRUS

Id-divorzju jittieħed fis-social network tal-persuna li tkun qed tiddivorzja. Bħal forom oħrajn ta’ mġiba soċjali, jista jittieħed bejn il-ħbieb, qraba u kollegi. Mhux biss, iżda persuna tista’ tkun ‘carrier’ tad-divorzju hekk kif tinfluwenza lil persuni terzi li lilhom tirrakkonta stejjer dwar persuni li jkunu qed jiddivorzjaw.

Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni ta’ koppja li tiddivorzja tinfluwenza lill-ħbieb, kollegi u l-familja tal-koppja biex jiddivorzjaw… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 7 ta’ Awissu

Mattew 17,14-20

Meta reġgħu ġew ħdejn in-nies, resaq fuqu wieħed raġel, niżel għarkubbtejh quddiem Ġesù  u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejjquh.” Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena, kemm se ndum magħkom? Kemm se ndum nissaportikom? … Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Vianney

time dedicated to reflection and

Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Awissu, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħa sehem, flimkien mal-kappillani, fiċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġwann Marija Vianney, Qaddis protettur tal-Kappillani, fiċ-Ċentru Pastorali tal-Imtarfa. F’din l-attivita’, li ssir ta’ kull sena, ġew iddedikati xi mumenti għal riflessjoni, preżentazzjoni dwar il-ħajja tal-Qaddis, kif ukoll adorazzjoni u qsim ta’ esperjenzi ta’ tliet lajċi mpenjati fl-istess parroċċa… Kompli aqra »

ID-DJOĊESI TAL-PERU TFAKKAR L-400 ANNIVERSARJU. TIBGĦAT 10,000 MISSJUNARJU

Madwar 40,000 persuna inġabru riċentament għal ċelebrazzjoni Ewkaristika f’jum il-Ħadd biex ifakkru l-400 anniversarju mill-Arċidjoċesi ta’ Arequipa, magħrufa bħala ‘Ruma tal-Peru’. Bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għal din l-okkażjoni, il-Papa Benedittu XVI bagħat lill-Kardinal Giovanni Battista Re, li kien Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet kif ukoll tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina.

Il-Kardinal ippresieda l-quddiesa li matulha talab il-barka t’Alla fuq Arequipa sabiex tkun fidila lejn l-identita kattolika tagħha u lejn il-valuri umani u spiritwali li jikkaratterizzaw l-istorja glorjuża tagħha”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 6 ta’ Awissu

and Elijah appearing in glory, and they were speaking of his passing which he was to accomplish in Jerusalem.

Luqa 9,28b-36

Daqs tmint ijiem wara dan id-diskors, Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u ‘l Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 5 ta’ Awissu

Mattew 16,13-23

Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti. “Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.” U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

GRUPP ĠDID LI JĦARES L-UGWALJANZA TAL-IMMIGRANTI

F’laqgħa li ġiet organizzata minn grupp iffurmat biex iħares l-ugwaljanza tal-immigranti (MNE), ir-rapresentant tal-grupp Abshir Abdala qal li ntbagħtet ittra lil-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern dwar is-sitwazzjoni li sejħilha prekarja ta’ l-Immigranti f’Malta, speċjalment dawk li huma stazzjonati ġewwa ċ-centri tal-Marsa u ta’ Ħal Far. L-istess grupp saħaq li se jkompli bil-pjanijiet ta’ ħidma tiegħu hekk kif jirċievi r-risposta uffiċjali mingħand il-ministru konċernat…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA F’BARĊELLONA FI SPANJA

Barċellona qed tħejji għaż-żjara li l-Papa se jagħmel fis-6 ta’ Novembru li ġej permezz ta’ riflessjoni fuq San Pietru, il-perit tal-Knisja li l-Papa se jkun qed jinawgura u l-eżempju tal-Familja Mqaddsa. Ktejjeb b’seba’ katekeżi dwar dawn it-tliet suġġetti tqassam diġa fi Spanja kollha.

Il-Papa dakinhar taż-żjara se jinawgura l-Knisja tas-Sagrada Familia, diżinjata mis-Serv t’Alla Antoni Gaudi. Il-Papa se jinawgura din il-Knisja f’Bażilika… Kompli aqra »