Madwar 40,000 persuna inġabru riċentament għal ċelebrazzjoni Ewkaristika f’jum il-Ħadd biex ifakkru l-400 anniversarju mill-Arċidjoċesi ta’ Arequipa, magħrufa bħala ‘Ruma tal-Peru’. Bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għal din l-okkażjoni, il-Papa Benedittu XVI bagħat lill-Kardinal Giovanni Battista Re, li kien Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet kif ukoll tal-Kummissjoni Pontifiċja għall-Amerika Latina.

Il-Kardinal ippresieda l-quddiesa li matulha talab il-barka t’Alla fuq Arequipa sabiex tkun fidila lejn l-identita kattolika tagħha u lejn il-valuri umani u spiritwali li jikkaratterizzaw l-istorja glorjuża tagħha”.

Fl-istadium ta’ Arequipa fl-Universita Nazzjonali ta’ Santu Wistin, il-mibgħut tal-Papa stieden lill-fidili sabiex ikunu strumenti ta’ ġustizzja u qdusija. “Jalla din l-Arċidjoċesi tkun skola ta’ komunjoni u mħabba fraternal, kif ukoll lok u skola ta’ talb. Dan filwaqt lit kun fjamma ħajja li tirrifletti d-dawl ta’ Kristu u l-verita tiegħu, li l-Knisja tiegħu tant tixtieq twassal lid-dinja”.

Dawk preżenti ġarrew banners, posters, bżieżaq ta’ kull kulur, speċjalment sofor u bojod u anki xalel biex setgħu jagħtu merħba mistħoqqa lill-ambaxxatur tal-Papa.

Il-kardinal Re temm jirrimarka; “laqtitni l-iktar il-parteċipazzjoni tal-lajċi fil-ħajja tal-Knisja u l-intensita tal-ġenerożita li biha dawn jgħinu lill-Knisja u lill-Isqof li jmexxiha”.

AREQUIPA, Peru, (Zenit.org)