Id-divorzju jittieħed fis-social network tal-persuna li tkun qed tiddivorzja. Bħal forom oħrajn ta’ mġiba soċjali, jista jittieħed bejn il-ħbieb, qraba u kollegi. Mhux biss, iżda persuna tista’ tkun ‘carrier’ tad-divorzju hekk kif tinfluwenza lil persuni terzi li lilhom tirrakkonta stejjer dwar persuni li jkunu qed jiddivorzjaw.

Fi kliem ieħor, id-deċiżjoni ta’ koppja li tiddivorzja tinfluwenza lill-ħbieb, kollegi u l-familja tal-koppja biex jiddivorzjaw. Tista’ tinfluwenza l-ħbieb tal-ħbieb sa żewġ gradi ta’ relazzjonijiet ’il bogħod.

Rose Dermott (Brown University), James H Fowler (University of California), u Nicholas A Christakis (Harvard University) waslu għal dawn il-konklużjonijiet wara analiżi ta’ informazzjoni li ħarġet minn studju lonġitudonali ta’ 32 sena. Bi studju lonġitudonali r-riċerkaturi jifhmu tip ta’ studju fejn isiru numru ta’ osservazzjonijiet kultant żmien fuq l-istess sett ta’ nies.

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com