Yearly Archives: 2010

IL-PAPA SE JAĦTAR IL-MIBGĦUT TIEGĦU FIL-VJETNAMM BĦALA PASS LEJN RELAZZJONIJIET SĦAĦ

Il-Papa Benedittu XVI se jaħtar rappreżentant għall-Gvern tal-Vjetnam bħala l-ewwel pass biex eventwalment ikunu stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ mal-pajjiż komunist. Dan ħabbru l-Vatikan.

Wara laqgħabejn rappreżentanti tal-Vatikan u tal-Vjetnamm fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju fil-Vatikan stess, stqarrija qalet li b’differenza minn Nunzju, ir-rappreżentant tal-Vatikan mhux se jkun residenti l-Vjetnamm għalissa. Il-laqgħa tal-grupp konġunt ta’ ħidma bejn iż-żewġ naħat kien immexxi minn Mons Ettore Balestrero, sotto-segretarju tal-Vatikan għar-relazzjonijiet nejn il-pajjiżi differenti, flimkien mal-Viċi Ministru tal-Vjetnamm għall-Affarijiet Barranin, Nguyen Quoc Cuong… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 19 ta’ Lulju

Mattew12,38-42

Mbagħad xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalulu: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek!”, Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba ta’ l-art… Kompli aqra »

19 – 25 ta’ Lulju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali Prinċipali tal-Knisja.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali, fil-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tal-Bord Istitut ta’ Formazzjoni Permanenti, fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

L-Erbgħa

9.30 a.m. L-Arċisqof  jiltaqa’ mal-W.R. Ivan Scicluna, Kappillan ta’ Santa Luċija  dwar iż-Żjara Pastorali li saret fil-parroċċa aktar kmieni din is-sena… Kompli aqra »

IS-SIT TAL-VATIKAN IFITTEX LI JKUN ‘PAĠNI SOFOR GĦALL-MEDIA KATTOLIKA’

F’diversi taħditiet ma’ nies kattoliċi fis-settur ta’ komunikazzjoni u fit-tmexxija, dis-sena, il-Papa Benedittu XVI appella sabiex fl-isforzi tal-Knisja fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni jkunu introdotti teknoloġiji ġodda. Huwa ħeġġeġ ukoll lis-saċerdoti sabiex isibu modi ġodda kif iwettqu l-ministeru saċerdotali tagħhom f’din l-era diġitali. Hekk hi ukoll it-tema tal-44 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni dis-sena, kif ċelebrata fil-biċċa l-kbira tad-djoċesijiet nhar is-16 ta’ Mejju li għadda.

Il-Vatikan mexa ‘l quddiem sew u b’mod mill-iktar aggressive fl-applikazzjoni ta’ għodda diġitali ġodda fi sforz li jilħaq lill-kattoliċi madwar id-dinja kollha… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 18 ta’ Lulju

Luqa 10, 38-42

Huma u sejrin, daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi?” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta Marta! … Kompli aqra »

ĦATRIET EWLENIN F’DIPARTIM ENTI DIFFERENTI FIL-VATIKAN

Il-Papa Benedittu XVI ħatar mexxejja ġodda f’diversi dipartimenti fil-Vatikan. Innomina lill-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet ta’ Quebec bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet. Dan, ta’ 66 sena, se jmexxi l-uffiċċju li jassisti lill-Papa fl-għażla tal-Isqfijiet tad-djoċesijiet tar-rit latin madwar id-dinja. Qed titqies bħala l-ewwel darba li qed issir għażla ta’ kardinal mill-Amerika ta’ Fuq biex imexxi din il-Kongregazzjoni. Ouellet, li qed jieħu post il-Kardinal Taljan ta’ 76 sena, Giovanni Battista Re, mhuwiex wiċċ ġdid għal Ruma jew għall-Kurja ta’ Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 17 ta’ Lulju

Matthew 12,14-21

U l-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra tiegħu, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm. Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal, ‘Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-Għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! … Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MISSJUNARJI MALTIN

Nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-Missjunarji Maltin li jinsabu Malta, f’Dar l-Emigrant, Valletta. Din il-laqgħa ġiet organizzata mis-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin, SMPO, li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna u li bħalissa jinsabu Malta għal btala. F’din il-laqgħa, il-missjunarji kellhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu… Kompli aqra »

ITALJA TAPPELLA L-IBBENJAR TAL-QORTI EWROPEA DWAR IL-KURĊIFISSI FIL-KLASSIJIET

L-Italja ddefendiet it-turija tal-kurċifiss fl-iskejjel pubbliċi quddiem il-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u argumentat lid an hu simbolu tal-wirt kulturali tal-pajjiż u mhux impożizzjoni ta’ twemmin reliġjuż fuq l-istudenti.

Fis-smigħ riċenti quddiem l-istruttura tal-appell tal-Qorti Ewropea fi Starsburgu fi Franza, rappreżentant tal-Gvern Taljan appella lill-Qorti sabiex treġġa’ sentenza ta’ Novembru 2009 li ibbenjat it-turija tal-kurċifiss fil-klassi għax sejħitlu ksur tal-liberta reliġjuża… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Lulju

Mattew 12,1-8

Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt. ” U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? … Kompli aqra »