Nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ mal-Missjunarji Maltin li jinsabu Malta, f’Dar l-Emigrant, Valletta. Din il-laqgħa ġiet organizzata mis-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin, SMPO, li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna u li bħalissa jinsabu Malta għal btala. F’din il-laqgħa, il-missjunarji kellhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu.