L-Italja ddefendiet it-turija tal-kurċifiss fl-iskejjel pubbliċi quddiem il-qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u argumentat lid an hu simbolu tal-wirt kulturali tal-pajjiż u mhux impożizzjoni ta’ twemmin reliġjuż fuq l-istudenti.

Fis-smigħ riċenti quddiem l-istruttura tal-appell tal-Qorti Ewropea fi Starsburgu fi Franza, rappreżentant tal-Gvern Taljan appella lill-Qorti sabiex treġġa’ sentenza ta’ Novembru 2009 li ibbenjat it-turija tal-kurċifiss fil-klassi għax sejħitlu ksur tal-liberta reliġjuża.

Il-kwistjoni għandha riperkussjonijiet potenzjali enormi hekk kif l-Ewropa qed tipprova tissielet is-sekulariżmu dejjem jiżdied u l-influss sinifikanti ta’ reliġjonijiet oħra bħall-Islam permezz tal-immigrazzjoni.

Nicola Lettieri, Maġistrat, argumentat li l-kurċifiss kien simbolu tal-wirt kulturali u l-istorja Taljana u m’għandux ikun ikkunsidrat bħala impożizzjoni reliġjuża meta muri fil-klassijiet.

Il-każ kollu kien trssaq quddiem il-qorti Ewropea minn ċittadina imwielda l-Fillandja li qalet li l-liberta reliġjuża u edukattiva taż-żewġ uliedha kienet qed tiġi kompromessa minħabba l-preżenza tal-kurċifiss fil-klassi tal-iskola.Kellha tirrikorri quddiem il-qorti Ewropea wara li t-tentattivi tagħha fis-sistema ġudizzjarja Taljana fallew.

VATICAN CITY (CNS)