Yearly Archives: 2010

ĦATRIET EWLENIN F’DIPARTIMENTI DIFFERENTI FIL-VATIKAN

Il-Papa Benedittu XVI ħatar mexxejja ġodda f’diversi dipartimenti fil-Vatikan. Innomina lill-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet ta’ Quebec bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet. Dan, ta’ 66 sena, se jmexxi l-uffiċċju li jassisti lill-Papa fl-għażla tal-Isqfijiet tad-djoċesijiet tar-rit latin madwar id-dinja. Qed titqies bħala l-ewwel darba li qed issir għażla ta’ kardinal mill-Amerika ta’ Fuq biex imexxi din il-Kongregazzjoni. Ouellet, li qed jieħu post il-Kardinal Taljan ta’ 76 sena, Giovanni Battista Re, mhuwiex wiċċ ġdid għal Ruma jew għall-Kurja ta’ Ruma… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 15 ta’ Lulju

Mattew 11,28-30

“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.” Kompli aqra »

FIS-SLOVENJA, KATTOLIĊI U MUSULMANI KONTRA Ż-ŻWIEĠ BEJN PERSUNI TAL-ISTESS SESS

“Aħna nemmnu li mhux sew li jitpoġġew fuq l-istess keffa ż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess u ż-żwiġijiet eterosesswali jew li dawn tal-aħħar jingħataw id-dritt li jadottaw it-tfal, għax dan nemmnu li jhedded ir-rwol fundamentali u li ma jista’ jeħodlu postu ħadd tal-missier u tal-omm fil-ħajja tal-familja”.

Diskors tal-President tal-Konferenza Episkopali Slovena u Arċisqof ta’ Llubjana, Mons Anton Stres, u tal-President tal-Komunita Islamika fis-Slovenja, Nedzad Grabus… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Lulju

Mattew 11,25-27

F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MAL-MISSJUNARJI MALTIN LI JINSABU MALTA

Is-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi missjunarji li bħalissa jinsabu Malta għal btala. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, fl-4:30 p.m., f’Dar l-Emigrant, Valletta.

F’din il-laqgħa, il-missjunarji jkollhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu… Kompli aqra »

KNEJJES FIL-ĠERMANJA B’AWGURJU LILL-PRESIDENT FEDERALI L-ĠDID

“Knejjes Ġermanizi jwasslu l-awguri tagħhom lil Christian Wulff għall-fatt li kien elett President Federali tal-Ġermanja”. Dan jirrifletti l-messaġġ tal-President tal-Konferenza Episkopali, Mons Robert Zollitsch, u tal-President tal-Kunsill tal-Knisja Evanġelika, Nikolaus Schneider.

Mons Zollitsch qal li “l-President Federali l-ġdid qed jaċċetta l-kariga fi żmien mill-iktar diffiċli”. Schneider min-naħa tiegħu rrimarka “l-aspettattivi kbar u t-tamiet marbuta ma’ din l-elezzjoni”… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Lulju

Mattew 11,20-24

Ġesù mbagħad qabad iċanfar bis-sħiħ l-ibliet li ma wrewx indiema minkejja l-ħafna mirakli li kien għamel fihom: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies ta’ l-ixkejjer u l-irmied. Iżda ngħidilkom li jum il-ħaqq se jkun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom… Kompli aqra »

17-IL PERSUNA JIGGRADWAW MILL-PROGRAMMI TA’ RIABILITAZZJONI TAL-CARITAS MALTA

Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Lulju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP attenda għaċ-ċerminonja tal-gradwazzjoni tar-residenti taċ-Ċentru ta’ San Blas imexxi minn Caritas. Mons. Arċisqof quddiem il-figura sabiħa ta’ 17-il gradwat, fisser dwar l-aspett ta’ Alla ħanin li jagħżel li jaċċetta kull bniedem kif inhu u jakkumpanjah sa kemm jerġa jsib it-triq it-tajba.

Flimkien mal-Arċisqof għall-okkażjoni kienu preżenti l-Prim Ministru ta’ Malta, Dr… Kompli aqra »

IMNEDIJA L-KAMPANJA TAS-SAJF GĦALL-PROMOZZJONI TAL-JUM DINJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ 2011

WYD 2011 logo

Ir-reġistrazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss fl-2011 f’Madrid hija att ta’ solidarjeta, għax se tgħin żgħażagħ minn pajjiżi b’diffikultajiet ekonomiċi sabiex jieħdu sehem f’dil-ġrajja speċjali tal-2011. Dan hu l-messaġġ tal-kampanja ta’ reklamar li tiġbor is-sehem ta’ 300 żagħżugħ u żagħżugħa minn pajjiżi differenti.

Il-kampanja tnediet fil-jiem li għaddew biex tippromwovi l-promozzjoni tar-reġistrazzjoni għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss f’Madrid fi Spanja… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Lulju

Mattew:10:34-11,1

“Taħsbux li jiena ġejt inġib il-paċi fuq l-art! Ġejt inġib mhux il-paċi, imma s-sejf. Iva, ġejt nifred lill-bniedem minn missieru, lill-bint minn ommha,u lil mara minn omm żewġha, u l-bniedem ikollu n-nies ta’ daru stess għedewwa tiegħu. Min iħobb lil missieru jew lil ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi; min iħobb lil ibnu jew lil bintu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun tiegħi… Kompli aqra »