Is-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qed jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas, SMPO) ser jorganizza laqgħa ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għas-saċerdoti, reliġjużi u lajċi missjunarji li bħalissa jinsabu Malta għal btala. Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ħamis, 15 ta’ Lulju, 2010, fl-4:30 p.m., f’Dar l-Emigrant, Valletta.

F’din il-laqgħa, il-missjunarji jkollhom l-opportunita’ jagħtu tagħrif dwar l-esperjenzi tagħhom fil-ħidma pastorali u missjunarja li qed iwettqu.