“Aħna nemmnu li mhux sew li jitpoġġew fuq l-istess keffa ż-żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess u ż-żwiġijiet eterosesswali jew li dawn tal-aħħar jingħataw id-dritt li jadottaw it-tfal, għax dan nemmnu li jhedded ir-rwol fundamentali u li ma jista’ jeħodlu postu ħadd tal-missier u tal-omm fil-ħajja tal-familja”.

Diskors tal-President tal-Konferenza Episkopali Slovena u Arċisqof ta’ Llubjana, Mons Anton Stres, u tal-President tal-Komunita Islamika fis-Slovenja, Nedzad Grabus.

Iż-żewġ mexxejja jisħqu u jirriaffermaw “il-ħtieġa li jinżammu b’għożża il-valuri taż-żwieġ bejn raġel u mara u tal-familja”. Stqarrija konġunta tagħhom żiedet li din “hi reazzjoni għall-abbozz ta’ liġi mressaq quddiem il-Parlament mill-partit xellugi li għandu l-maġġoranza, bil-ħsieb li jirrevedi t-tifsir ta’ kliem bal ‘żwieġ’ u ‘familja’, bl-intenzjoni wkoll li jagħti koppji tal-istess sess l-istess drittijiet li għandhom koppji eterosesswali, inkluż id-dritt li dawn jadottaw it-tfal”.