Yearly Archives: 2010

CARITAS: IL-KRIŻI TAL-IKEL HI URĠENTI GĦALL-Ġ8, Ġ20

G8 and G20 leaders for summit in Toronto

L-aġenzija internazzjonali ta’ għajnuna CARITAS qalet li l-mexxejja dinjija f’laqgħa speċjali bejniethom f’dan tmiem il-ġimgħa fil-Kanada għandhom jiffukaw fuq il-kriżi tal-ikel. Fi stqarrija, CARITAS affermat l-urġenza tal-kriżi tal-ikel u appellat lill-grupp tat-8 u l-grupp tal-20 pajjiż rappreżentati biex ifittxu soluzzjoni għall-problema.

“Sekli sħaħ ta’ politika agrikola u ekonomika bla direzzjoni issa saret ta’ wisq piż fuq il-bdiewa u fuq il-popli kollha madwar id-dinja”, qalet il-CARITAS… Kompli aqra »

DISA’ ŻGĦAŻAGĦ ORDNATI PRESBITERI

Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP iċċelebra Quddiesa li fiha ordna disgħa żgħażagħ bħala presbiteri, fil-Katidral, l-Imdina. Il-membri l-ġodda li daħlu fil-komunita’ tas-saċerdozju huma Fr. Deo Debono OSA, Fr. Stefan Galea, Fr. Mark Ellul, Fr. Emmanuel Schembri, Fr. Mario Sant OFM Conv., Fr. Blake Camilleri, Fr. Josef Briffa SJ, Fr. Marc Andrè Camilleri u Fr. Noel Borg… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 25 ta’ Ġunju

Mattew 8,1-4

Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,”Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni. “Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”

Kompli aqra »

L-Arċisqof f’laqgħa mal-volontiera żgħażagħ

Nhar it-Tnejn. 21 ta’ Ġunju, 2010, madwar mijja u tletin żagħżugħ u żagħżugħa li ser joffru ħidma volontarja matul is-sajf, f’Malta u barra minn Malta ġew mistiedna jattendu għal-laqgħa ma’ l-Arċisqof Pawlu Cremona fil-kappella ta’ l-Università ta’ Malta, f’attività kkummissjonata mill-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) lil grupp Assoċjazzjoni Voluntiera Lourdes (AVL).

L-attività bit-tema ‘Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?’ (Mk10:17)  kienet imżewqa bi preżentazzjonijiet minn ĊAM Youths kif ukoll ħin qasir ta’ adorazzjoni fejn iż-żgħażagħ prezenti ġew mistiedna jirriflettu dwar il-‘volontarjat.’

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Ġunju

Luqa 1,57-66,80

Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek?” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb… Kompli aqra »

IL-KURĊIFISS: 10 PAJJIŻI, 33 MEP U XI NGO’S FOST DAWK LI QED JINSISTU LI GĦANDU JIBQA’

crucifix in classrooms

Il-Gvernijiet ta’ għaxar pajjiżi li jappartjenu għall-Kunsill tal-Ewropa appellaw kontra l-linja mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani fuq il-kwistjoni tal-kurċifissi f’postijiet pubbliċi. Matul is-smigħ tat-30 ta’ Ġunju, il-Grand Chamber tal-Qorti ta’ Strasburgu se teżamina l-“osservazzjonijiet bil-miktub” li kienu sottomessi mir-Russja, mil-Litwanja, minn Malta, San Marino, il-Bulgarija, Monaco, Ċipru, il-Greċja, ir-Rumania u l-Armenja. Se ssegwi wkoll l-argumenti tal-avukat tal-applikanti kif ukoll tar-rappreċentanti tal-Gvern Taljan… Kompli aqra »

IL-KUMMISSJONI NAZZJONALI PERSUNI B’DIŻABILITA’ TNIEDI PROGRAMM TA’ TAĦRIĠ GĦALL-PROFESSJONISTI

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità nediet programm ta’ taħriġ għall-professjonisti li jipprovdu servizz lil persuni b’diżabilità biex dawn ikunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti.

L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u Familja, Stephen Spiteri, waqt li kien qed jinawgura l-programm, qal li l-Gvern jgħin persuni b’diżabilità biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar u komda. Semma li din l-għajnuna tingħata permezz ta’…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Ġunju

Mattew 7,15-20

“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma  s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Ġunju

Mattew 7, 6.12-14

Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. “Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha… Kompli aqra »

IL-PAPA FIL-JUM DINJI TAR-REFUĠJATI

World Refugees Day

Fl-okkażjoni tal-Jum dinji ddedikat lir-Refuġjati, il-Papa Benedittu XVI ġibed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ dawk li kienu kostretti iħallu arthom. Il-Papa qal dan fl-aħħar messaġġ pubbliku tiegħu wara t-talba tal-Angelus quddiem il-pellegrini miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.

“Il-Ġnus Maqgħuda qed ifakkru l-Jum Dinji tar-Refuġjati biex jiġbdu l-attenzjoni għall-probemi ta’ dawk li kienu mġiegħla jħallu art twelidhom u jmorru f’artijiet differenti”… Kompli aqra »