Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 14 ta’ Ġunju

Mattew 5,38-42

“Smajtu x’intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna’. Imma jiena ngħidilkom biex bniedem ħażin ma tiqfulux; anzi jekk xi ħadd jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek tal-lemin, dawwarlu l-ieħor ukoll; u lil min ikun irid itellgħek il-qorti u jeħodlok il-libsa, ħallilu wkoll il-mantar. U jekk xi ħadd iġagħlek timxi miegħu mil wieħed, mur miegħu tnejn… Kompli aqra »

14 – 20 ta’ Ġunju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi ndividwalment, jiċċelebra Quddiesa, u joqgħod magħhom għall-ikel, fis-Seminarju, Tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.30 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Konferenza Episkopali.

4.00 p.m. L-Arċisqof jipparteċipa f’ programm tar-Radju fuq Radju Marija.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġika ta’ Birkirkara, bħala parti miż-żjara pastorali f’din il-parroċċa… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 13 ta’ Ġunju

Luqa 7, 36-8,3

Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta’ l-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ… Kompli aqra »

IL-PAPA JIDDEFENDI Ċ-ĊELEBAT

St Peter's

Il-Papa Benedittu XVI iddefenda bil-qawwa kollha iċ-ċelebat tas-saċerdoti. Meta kien qed jindirizza mal-10,000 saċerdot fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa sejjaħ iċ-ċelebat sinjal ta’ fidi f’dinja dejjem aktar sekulari.

Fl-attivita tas-saċerdoti li waslu minn iktar minn 90 pajjiż differenti għall-għeluq tas-sena ddedikata lilhom, il-Papa m’għamel ebda referenza għall-każi ta’ pedofelija fi ħdan il-Knisja. Din l-attivita tqieset l-iktar waħda li rat saċerdoti miġbura fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 12 ta’ Ġunju

Luqa:2:41-51

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa.  Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh fost qrabathom u n-nies li kienu jafuhom,  ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.   … Kompli aqra »

MIN MHUWIEX MIŻŻEWWEĠ FIL-KNISJA GĦANDU POST FI ĦDANHA?


Agħfas fuq il-links li jidhru hawn taħt biex tara il-programm ‘Qalb in-Nies’ li xxandar fuq TVM il-Ħadd, 6 ta’ Ġunju, 2010.

L-Uffiċċju Komunikazzjoni fil-Kurja tal-Arċisqof qed joffri kopja tal-programm ‘Qalb in-Nies’ li xxandar  il-Ħadd 6 ta’ Ġunji, 2010, u li tratta s-Sagramenti taż-Żwieġ u l-Ewkaristija, biex jintuża għall-skopijiet pastorali, bħal laqgħat ta’ diskussjoni fi gruppi parrokkjali… Kompli aqra »

L-Arċisqof imexxi pellegrinaġġ għas-saċerdoti f’Ruma

F’għeluq is-Sena tas-Saċerdoti, li se tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa, 11 ta’ Ġunju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P, flimkien ma’ 20 saċerdot minn Malta u Ghawdex, ingħaqdu ma’ madwar 11,000 saċerdot minn 110 pajjiz ieħor, ġewwa Ruma. Matul dawn il-ġranet huma qed jattendu kungress organizzat mill-Kongregazzjoni tal-Kleru.

Id-delegazzjoni ta’ saċerdoti Maltin, mmexxija mill-Arċisqof Pawlu Cremona, ingħaqdet mas-saċerdoti li jitkellmu bil-lingwa Ingliza, li qed jiltaqgħu ġewwal-Bazilika ta’ San Paolo fuori le MuraKompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 11 ta’ Ġunju

Luqa15,3-7

U Ġesù qabad u qalilhom din il-parabbola: “Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha? U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’ Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema… Kompli aqra »

SINTEŻI TAD-DOKUMENT TAS-SINODU TAL-ISQFIJIET

Middle East – Special Synod October 2010

Traduzzjoni tas-sinteżi li għadha mhix uffiċjali tad-dokument ta’ ħidma tal-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet għal-Lvant Nofsani, li se ssir f’Ottubru f’Ruma, issa huwa aċċessibbli fuq is-sit www.zenit.org/english Is-sinteżi mhix uffiċjali kienet ippubblikata fil-jiem li għaddew mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan.

Id-dokument ta’ ħidma, jew kif issejjaħ, l-Instrumentum Laboris, tqassam mill-Papa lil seba’ Patrijarki u żewġ Arċisqfijiet ta’ Lvant Nofsani l-Ħadd, fl-aħħar jum taż-żjara Appostolika tiegħu f’Ċipru… Kompli aqra »

TAZZA TAD-DINJA 2010 – IL-VALURI FL-ISPORTS

Kull erba snin id-dilettanti tal-futbol jistennew b’ħerqa kbira it-Tazza tad-Dinja, imsejħa l-akbar spettaklu tat-televizjoni.  Il-futbol pero’, aktar milli jkun biss spettaklu għandu missjoni x’jaqdi, għaliex permezz tiegħu ż-żgħażagħ li jħobbuh u jippratikawh jistgħu isiru persuni aħjar jekk jgħixu l-valuri li joffri.

Għal dan il-għan, is-Segretarjat għall-Katekezi tal-Knisja f’ Malta, b’kollaborazzjoni mal-Youth Football Association, qed jorganizzaw seminar bit-tema: TAZZA TAD-DINJA 2010 – IL-VALURI  Fl-ISPORTS… Kompli aqra »