Yearly Archives: 2010

SERVIZZ EKUMENIKU

Il-Malta Ecumenical Council (li issa sar jismu Christians Together in Malta), flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste.

Dan se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Mejju, 2010, bejn is-6.00 p.m. u s-6.45 p.m., fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Se jippriedka Rev. Doug McRoberts, il-minister tac-Church of Scotland… Kompli aqra »

IL-PAPA F’ĊIPRU BEJN L-4 U S-6 TA’ ĠUNJU

Nicosia St.Sophia

“Ejja nagħtu merħba xierqa lill-Papa, raġel ta’ djalogu, paċi u ġustizzja. Iż-żjara tiegħu f’pajjiżna għandha ssaħħaħ il-valuri li s-soċjeta tagħna teħtieġ”. Dan l-appell sar mill-Arċisqof Maronita ta’ Ċipru, Youssef Soueif, li huwa l-koordinatur ġenerali taż-żjara għall-komunita Kattolika Ċiprijotta. Iż-żjara tal-Papa se ssir bejn l-4 u s-6 ta’ Ġunju.

Meta tkellem dwar it-tħejjijiet għal din iż-żjara, Youssef Soueif qal li “l-aspettattivi huma kbar, kif rifless fl-eċċitament u l-entużjażmu… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 24 ta’ Mejju

Mk 10,17-27

Kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” “Għaliex qiegħed issejjaħli ‘tajjeb’?” qallu Ġesù,”ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u  ‘l ommok.” U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

“AĠENDA TA’ IMĦABBA” – L-ARĊISQOF FIL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN

Fil-Vġili ta’ Għid il-Ħamsin, il-Knisja Maltija ta’ kull sena tinġabar biex tiċċelebra dan il-jum solenni li jfakkar it-twelid tal-Knisja Universali. Din is-sena din iċ-ċelebrazzjoni saret quddiem il-Knisja tal-Għargħur u għalija attendew mijiet ta’ nies.

Fil-messaġġ tiegħu, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. għaqqad il-festa ta’ Pentekoste ma’ għeluq is-Sena Saċerdotali, u rringrazzja lis-saċerdoti talli taw ħajjithom lil Alla fil-Knisja tiegħu, biex jgħaqdu bl-imħabba l-missjoni fdata f’idejhom… Kompli aqra »

24 – 30 ta’ Mejju

It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mas-seminaristi individwalment fis-Seminarju, tal-Virtu’.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill tal-Kulleġġ tal-Kappillani fir-residenza tiegħu, Ħ’Attard.

11.00 a.m. L-Arċisqof ibierek l-istatwa tal-Madonna, fl-isptar Mater Dei.

4.45 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Bord tas-Seminarju..

7.00 p.m. L-Arċisqof jippreżenta premjijiet lit-tfal li ħadu sehem f’ kompetizzjoni organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana Tfal għaż-żjara tal-Papa, fis-Seminarju tal-Virtu’… Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 23 ta’ Mejju

Ġwanni  14,15-16.23-26

“Jekk tħobbuni, ħarsu l-kmandamenti tiegħi.U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem, Ġesù wieġbu: “Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U l-kelma li qegħdin tisimgħu m’hijiex tiegħi, imma tal-Missier li bagħatni. “Għedtilkom dan meta għadni magħkom… Kompli aqra »

IS-SAGRAMENTI TAŻ-ŻWIEĠ U L-EWKARISTIJA

STQARRIJA TAL-KONFERENZA EPISKOPALI

Dan l-aħħar, diversi nies staqsew jekk koppji li jgħixu flimkien mingħajr ma huma miżżewġin jistgħux jitqarbnu.

Nagħmluha ċara li l-Knisja tħobb lil dawn il-koppji kif tħobb lill-membri kollha tagħha u tibqa` toffrilhom l-għajnuna spiritwali li jkollhom bżonn. Aħna l-Isqfijiet inħeġġuhom biex fost affarijiet oħra, ikomplu jmorru għall-Quddies u jipparteċipaw fil-ħajja tal-Knisja.

Iżda l-Knisja Kattolika ssostni li dawk il-koppji li jgħixu flimkien mingħajr ma huma miżżewġin m’għandhomx jersqu għat-tqarbin.  … Kompli aqra »

VOKAZZJONIJIET: 71 TFAJLA JĦEJJU BIEX ISIRU SORIJIET

Is-sens ta’ ferħ, l-għaqda u l-entużjażmu fil-ħidma tagħhom huma tlett elementi li fi kliem Claudia Pace ħajjruha biex tikkunsidra l-ħajja reliġjuża.

Claudia hi novizza mas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u Marija, tfajla fost għaxra li bħalissa jinsabu f’wieħed mill-istadji ta’ formazzjoni li eventwalment se jwassalhom biex jipprofessaw f’dan l-istess Ordni.

Skond ċifri ppubblikata dan l-aħħar mill-Kurja tal-Arċisqof, bħalissa f’Malta hawn 64 tfajla li qed iħejju ruħhom biex jipprofessaw f’wieħed mill-Ordnijiet reliġjużi femminili meqjusa bħala attivi… Kompli aqra »

ĊELEBRAZZJONI DJOĊESANA TAL-VĠILI TA’ GĦID IL-ĦAMSIN

Il-Knisja f’Malta llejla se tkun qed tiċċelebra l-Inżul tal-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli permezz ta’ Ċelebrazzjoni Djoċesana b’enfasi fuq is-saċerdozju u l-konsagrazzjoni.

It-tema magħżula għal din iċ-ċelebrazzjoni hi s-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin” (Lq. 4:18) u fi kliem id-Delegat tal-Arċisqof għall-Komunikazzjoni, Fr Charles Tabone, din hi ispirata mill-fatt li…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-Jum – 22 ta’ Mejju

Ġwanni  21,20-25

Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi warajja?” B’hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut… Kompli aqra »