Il-Malta Ecumenical Council (li issa sar jismu Christians Together in Malta), flimkien mal-Kummissjoni Ekumenika tal-Arċidjoċesi ta’ Malta qed jorganizzaw servizz ekumeniku ta’ talb fl-okkażjoni tal-festa ta’ Pentekoste.

Dan se jsir nhar il-Ħamis, 27 ta’ Mejju, 2010, bejn is-6.00 p.m. u s-6.45 p.m., fil-Knisja ta’ Santu Wistin, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta. Se jippriedka Rev. Doug McRoberts, il-minister tac-Church of Scotland.

Ritratt (taħt): meħud fl-okkażjoni li saret nhar il-Ħamis,  21 ta’ Jannar, 2010, fl-attivita’ tal-Ġimgħa ta’ Talb għal għaqda bejn l-Insara.