Yearly Archives: 2010

Il-Vanġelu tal-Jum – 16 ta’ Mejju

Luqa 24, 46-53

U qalilhom: “Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet, u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhud ta’ dan. U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu.” Mbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’ idejh u berikhom… Kompli aqra »

LAQGĦA GĦALL-OMMIJIET TAL-MISSJUNARJI MALTIN

Omm missjunarju Malti rebħet biljett biex tkun tista’ żżur lil binha saċerdot li qed jaħdem fil-Bolivja.

Dan sar waqt laqgħa mtella’ mis-Segretarjat għas-Saċerdoti, Reliġjużi u Lajċi Maltin li qegħdin jaħdmu għall-Knisja bogħod minn artna (Secretariat for Maltese Priests Overseas).

Bħal kull sena, is-Segretarjat ħa ħsieb biex jorganizza s-solita laqgħa għall-ommijiet tal-Missjunarji Maltin, fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm. Il-laqgħa, li saret nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Mejju, f’Dar…

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 15 ta’ Mejju

Ġwanni 16, 23-28

F’dak il-jum xejn ma tistaqsuni. Tassew tassew ngħidilkom, kull ma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. “Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier. Dakinhar intom titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li jien nitlob lill-Missier għalikom, għax il-Missier stess iħobbkom, billi intom ħabbejtu lili u emmintu li jiena ġejt mingħand Alla… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF FI TRIQTU LEJN NEW YORK BIEX JILTAQA’ MA’ L-EMIGRANTI MALTIN

Matul din il-ġimgħa, fiż-żjara li Mons. Arcisqof qiegħed jagħmel f’Toronto, il-Canada kien jinħass ferħ u entużjażmu fost il-komunita’ Maltija t’hawn.  Il-vista kompliet wara li l-Ħadd filgħodu ġiet iċċelebrata Quddiesa li fiha kien imfakkar il-100 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl u l-Arċisqof iltaqa’ mal-komunita’, biex wara nofs in-nhar beda iż-żjajjar tiegħu fil-każini, u Għaqdiet tal-Maltin.  Kulħadd kellu kelma ta’ apprezzament għall-Knisja f’Malta li ma nsiet qatt lil dawn ħutna li telqu mill-gżejjer tagħna.   … Kompli aqra »

LECTURE DWAR ‘JUST WARS IN THEORY AND PRACTICE’

On Monday 17th, May, 2010, at 7:00 p.m., the Institute for Research on the Signs of the Times (DISCERN) is organizing a public lecture on ‘Just Wars in Theory and Practice’. The guest speaker will be Professor Richard Rubenstein, from the Institute for Conflict Resolution and Analysis, George Mason University, Virginia. The public lecture will be held at Dar l-Ewropa, 254, St… Kompli aqra »

IL-PORTUGAL TISKOPRI LILL-PAPA BENEDITTU XVI

Pope in Portugal

“Il-Portugiżi qed jiskopru il-veru stampa tal-Papa Benedittu XVI, lib l-ebda mod ma hu dak ta’ xi ħadd maqtugħ min-nies jew miġbud”. Dan qalu d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, il-Ġiżwita Federico Lombardi mal-ġurnalista Aura de Miguel f’intervista dwar l-ewwel parti mill-vjaġġ tal-Papa li jinsab erbat ijiem fil-Portugal.

“Il-waqfa f’Lisbona kienet sabiħa mmens, fejn il-Papa ra folol kbar ta’ nies, mhux biss għall-quddies iżda anki fit-toroq, b’enyużjażmu qawwi”… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 14 ta’ Mejju

Ġwanni 15, 9-17

Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. “Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu… Kompli aqra »

GVERN ĠDID INGLIŻ. APPELL GĦAL TIĠDID FIL-VALURI KOMUNI

David Cameron

Fost il-ħafna awguri li ntbagħtu lill-Prim Ministru Ingliż il-ġdid David Cameron, u lill-koalizzjoni tiegħu, kienu l-awguri tal-komunita kattolika tal-Ingilterra u Wales. Dan sar fi stqarrija għall-istampa ffirmata mid-deputat President tal-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales, l-Arċisqof Mons Peter Smith.

“F’isem il-komunita kattolika, nixtieq nassigura lill-Prim Ministru l-ġdid David Cameron u l-koalizzjoni tiegħu fil-Gvern, it-talb fil-ftuħ ta’ din il-ħidma l-ġdida tagħhom fil-qadi tas-soċjeta għall-ġid komuni… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 13 ta’ Mejju

Ġwanni 16, 16-20

“Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni.” Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; mbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni,’ u li ‘Jiena sejjer għand il-Missier’?” Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-‘ftit ieħor’ li hu qiegħed jgħid? Ma nafux xi jrid jgħid?” Ġesù għaraf li xtaqu jistaqsuh… Kompli aqra »

KONFERENZA NAZZJONALI DWAR IŻ-ŻWIEĠ

Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Familja, nhar is-Sibt, 15 ta’ Mejju, 2010, bejn id-9:30 a.m. u nofsinhar fil-ballroom tal-Lukanda Phoenicia, ProġettImpenn (Caritas Malta, Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana) qed jorganizza konferenza nazzjonali bit-tema ‘Rolling back the tide of marriage breakdown’.

Il-Kelliem ewlieni se jkun l-Imħallef Sir Paul Coleridge, mill-Qorti tal-Familja ta’ Londra. Jagħlaq il-konferenza l-Isqof t’Għawdex, Mons… Kompli aqra »