Fl-okkażjoni ta’ Jum il-Familja, nhar is-Sibt, 15 ta’ Mejju, 2010, bejn id-9:30 a.m. u nofsinhar fil-ballroom tal-Lukanda Phoenicia, ProġettImpenn (Caritas Malta, Kummissjoni Djoċesana Familja, Moviment ta’ Kana) qed jorganizza konferenza nazzjonali bit-tema ‘Rolling back the tide of marriage breakdown’.

Il-Kelliem ewlieni se jkun l-Imħallef Sir Paul Coleridge, mill-Qorti tal-Familja ta’ Londra. Jagħlaq il-konferenza l-Isqof t’Għawdex, Mons. Mario Grech. L-Imħallef Anna Felice se tmexxi l-konferenza.