Yearly Archives: 2010

L-Evanġelu tal-Jum – 25 ta’ April

Ġwanni 10, 27-30

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.” Kompli aqra »

SINJAL U RESPONSABILTA’ GĦALL-KNISJA F’MALTA

Iż-żjara tal-Papa għandha sservi ta’ “sinjal” għall-Knisja f’Malta biex ma taqtax qalbha quddiem “ċirkostanzi ibsin” u tħeġġeġ evanġelizzazzjoni ġdida mibnija madwar “il-kelma, l-ferħ u l-entużjażmu… li rajna” u nidderiġuh għall-qadi tal-Mulej fl-evanġelizzazzjoni”.

Hekk qal lil IL-ĠENSILLUM online l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mistoqsi minn din il-gazzetta dwar iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Mons Cremona ddeskriva ż-żjara tal-Papa bħala suċċess li l-protagonisti tiegħu kienu dawk in-nies li bi ħġarhom fittxew biex jiltaqgħu mal-Papa Benedittu XVI… Kompli aqra »

FOLOL KBAR JILQGĦU L-KWADRU TAL-MADONNA TA’ PINU FI TRIQTU LEJN IS-SANTWARJU TA’ PINU

Il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu li kien Malta bħala parti mill-programm taċ-Ċelebrazzjonijiet f’Għeluq iż-Żjara tal-Papa Benedittu Sittax f’Malta u fl-okkażjoni tal-Preżentazzjoni tal-Warda tad-Deheb li l-Papa offra lill-Madonna ta’ Pinu, ilbieraħ ittieħed lejn is-Santwarju ta’ Pinu waqt pellegrinaġġ nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Pawlu Cremona u minn Nunzju Apostoliku Tommaso Capputo.

Matul il-ġurnata tal-bieraħ kien espost għall-qima tal-pubbliku fil-Knisja Parrokkjali Santa Marija tal-Mosta wara li fit-tlett ijiem ta’ qabel kien fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet

Nhar il-Ħadd, 25 ta’ April, 2010, propju Ħadd wara l-miġja tal-Papa, se jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet. Bl-għajnuna tas-seminaristi, tħejja programm għal dakinhar sabiex iż-żgħażagħ jiċċelebraw nofs ta’ nhar flimkien u joħolqu preżenza sabiħa. Il-programm jibda b’quddiesa li se tkun trasmessa fuq TVM u wara jitkompla b’attività simili għal treasure hunt li fiha il-parteċipanti jridu “jfittxu” aspetti marbuta mal-mixja vokazzjonali… Kompli aqra »

IT-TITULAR TA’ PINU F’PELLEGRINAĠĠ LEJN IS-SANTWARJU F’GĦAWDEX

Il-Ġimgħa, 23 ta’ April, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona OP mexxa l-Pellegrinaġġ bil-pittura titular ta’ Pinu għas-Santwarju tagħha, Għawdex. Minħabba li din il-Bazilika Marjana tgawdi minn devozzjoni qawwija, il-Papa Benedittu XVI, nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010, fuq il-Fosos tal-Furjana, irregala Warda tad-Deheb bħala rikonoxximent.

L-Insara gew mistiedna jakkumpanjaw b’carcade il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta lejn is-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 24 ta’ April

Ġwanni 6, 60-69

Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?” Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? Mela xi tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-bniedem tiela’ fejn kien qabel? Hu l-ispirtu li jagħti l-ħajja, il-ġisem ma jiswa għal xejn. Il-kliem li jiena għedtilkom huwa spirtu u ħajja… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum – 23 ta’ April

Ġwanni 6, 52-59

Fuq hekk il-Lhud tlewwmu bejniethom, u bdew jgħidu: “Kif jista’ dan jagħtina ġismu biex nikluh? Ġesù mela qalilhom: “Tassew tassew ngħidilkom, jekk ma tiklux il-ġisem ta’ Bin il-bniedem u ma tixorbux demmu, ma jkollkomx il-ħajja fikom. Min jiekol ġismi u jixrob demmi għandu l-ħajja ta’ dejjem, u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Għax ġismi huwa tassew ikel, u demmi hu tassew xorb… Kompli aqra »

FIL-ĠERMANJA JIRRIŻENJA L-ISQOF TA’ AUGSBURG WARA ALLEGAZZJONIJIET TA’ ABBUŻI

Mons Walter Mixa

“L-Isqof ta’ Augsburg, Mons Walter Mixa, tefa r-riżenja tiegħu”. Dan kien ikkonfermat fi stqarrija maħruġa mill-uffiċċju tad-djoċesi responsabbli mill-komunikazzjoni pubblika ta’ aħbarijiet.

“Mons Mixa, permezz ta’ ittra, talab li jirriżenja mill-kariga. Id-diskussjoni pubblika dwaru fl-aħħar ftit ġimgħat, laqtet direttament lis-saċerdoti u l-kongregazzjoni sħiħa tad-djoċesi”. Meta għamel hekk, Mixa ried li “jevita aktar ħsara lill-Knisja u jfittex bidu ġdid”.

Il-President tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża, Mons Robert Zollitsch, kien qal diġa li hu, flimkien mal-Arċisqof ta’ Munich, Mons Reinhard Marx, issuġġerew lill-Isqof Mixa sabiex jieħu ħin għalih… Kompli aqra »

PELLEGRINAĠĠ NAZZJONALI U QUDDIESA PONTIFIKALI TA’ RADD IL-ĦAJR GĦAŻ-ŻJARA APPOSTOLIKA F’MALTA TAL-PAPA BENEDITTU XVI

Nhar il-Ġimgħa, 23 ta’ April, 2010, fit-3:00 p.m, se jiġi organizzat pellegrinaġġ nazzjonali mmexxi mill-Arċisqof Pawlu Cremona OP u min-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo. L-Insara qed jiġu mistiedna jakkumpanjaw b’carcade il-Kwadru tal-Madonna ta’ Pinu mill-Knisja Parrokkjali tal-Mosta lejn is-Santwarju Ta’ Pinu f’Għawdex. Fit-triq se ssir waqfa qasira ħdejn is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Għal ħabta tal-4:30p.m, il-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu u l-pellegrini mistennija jitilgħu fuq il-vapur tal-Gozo Channel bl-isem “Ta’ Pinu”… Kompli aqra »

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET MALTIN DWAR IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Aħna l-Isqfijiet inħossuna fid-dmir li nirringrazzjaw lil Alla għal dak kollu li wettaq fostna permezz taż-Żjara tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI.

Inħossuna grati ħafna lejn il-Papa għall-attenzjoni u l-imħabba li wera magħna.

Ma għandniex kliem biex infissru l-apprezzament tagħna għal-laqgħa mill-qalb li l-poplu tagħna, misjuq mill-fidi, ta lill-Papa.

Aħna konvinti li kienu ħafna dawk li laqgħu l-istedina tagħna biex isaħħu din il-ġrajja bit-talb u s-sagrifiċċji… Kompli aqra »