Yearly Archives: 2010

IL-PAPA BENEDITTU XVI JAGĦLAQ 83 SENA

Il-Papa Benedittu XVI illum jagħlaq 83 sena. Huwa twieled fl-1927 f’Marktl, fil-Ġermanja. Huwa ġej minn familja anti-Nażista li batiet ħafna minħabba dan il-fatt. F’żogħżitu huwa ssieħeb bilfors fil-Hitler Youths, madankollu huwa rnexxielu jevita li jmur għal-laqgħat tagħhom.

Fl-1939, Joseph Ratzinger daħal fis-seminarju minuri sabiex jibda t-triq għas-saċerdozju. Madankollu kellu jieqaf minħabba t-Tieni Gwerra Dinija u kien fl-1945 li flimkien ma’ ħuh Georg daħal is-seminarju sabiex ikompli l-istudji tiegħu fit-Teoloġija… Kompli aqra »

ELUF TA’ MALTIN JATTENDU GĦALL-QUDDIES IĊĊELEBRATA MILL-PAPA

Nhar il-Ħadd, 18 ta’ April, 2010, il-Papa Benedittu XVI iċċelebra Quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. Minkejja li kmieni filgħodu ħareġ temp mdallam, eluf ta’ Maltin u Għawdxin ħarġu bi ħġarhom biex isegwu ċ-ċerimonja. Matul il-Quddies il-Papa ġie mogħti rigal, abbozz ta’ Kristu Re. Fl-omelija tiegħu il-Papa reġa wera l-ferħ tiegħu li jinsab fost il-Maltin, li huwa poplu ħerqan li jilqa’ u jitgħallem minn dawk kolla li żaru din il-gżira… Kompli aqra »

L-PAPA JINGĦATA STATWA TA’ KRISTU RE

L-Isqfijiet tal-gżejjer Maltin bħala rikonoxximent lill-Papa, taż-Żjara f’Malta, se jagħtuh skultura ta’ Krisut Re’. Din l-iskultura ġiet maħduma mill-artist Malti ta’ fama internazzjonali,  Antonio Sciortino. L-iskultura oriġinali ġiet inawgurata matul l-Kungress Ewkartistiku li seħħ f’Malta fis-sena 1913.

L-iskultura se tiġi ippreżentata mill-Isqfijiet f’isem il-poplu Malti kollu. Christopher Ebejer ġie inkarigat biex jaħdem l-abboz fit-tafal, filwat li Laga Ltd… Kompli aqra »

IL-PAPA BENEDITTU XVI JASAL F’MALTA

Is-Sibt 17 ta’ April 2010, fil-5.00pm, l-ajruplan li fuqu kien abbord il-Papa Benedittu XVI was fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Il-President ta’ Malta, Dr. George Abela fetaħ din iż-żjara bid-diskors ta’ merħba, flimkien mal-Papa Benedittu XVI li ukoll għamel diskors tal-okkażjoni.

Mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, il-Papa ġie meħud lejn Pjazza San Ġorg, il-Belt, fejn eluf ta’ tfal ħonqu din il-pjazza biex jawguraw l-isbaħ xewqat lill-Papa, f’għeluq sninu… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -18 ta’ April

Ġwanni 21,1-19

Wara dan, Ġesù raġa’ deher lid- dixxipli ħdejn il-baħar ta’ Tiberija. Dehrilhom hekk: Xmun Pietru, Tumas, li jgħidulu t-Tewmi, Natanjel minn Kana tal-Galilija, ulied Żebedew u tnejn oħra mid-dixxipli tiegħu kienu flimkien, u Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Ħa niġu miegħek aħna wkoll.” Marru, rikbu  d-dgħajsa, u dak il-lejl ma qabdu xejn. Fil-għodu mas-sebħ, Ġesù kien qiegħed ix-xatt, imma d-dixxipli ma kinux jafu li kien Ġesù… Kompli aqra »

IR-RELIKWIJI TA’ SAN ĠWANN MARIJA VIANNEY FL-IRLANDA

St John Vianney relics

L-Isqfijiet tal-Irlanda se jilqgħu r-relikwiji ta’ San Ġwann Marija Vianney lejn l-Irlanda. Dan qabel ma tintemm is-sena ddedikata lis-saċerdoti.

San Ġwann Vianney huwa l-padrun tas-saċerdoti fil-parroċċi u huwa l-mudell propost mill-Papa Benedittu XVI fit-tħabbira tas-sena speċjali ddedikata lis-saċerdozju. Is-sena ddedikata lis-saċerdozju tingħalaq mill-Papa bejn id-9 u l-11 ta’ Ġunju.

Ir-relikwiji tal-qaddis Franċiż se jkunu fl-Irlanda bejn il-25 u d-29 t’April… Kompli aqra »

L-ARĊISQOF ILTAQA’ MAL-PATRIJARKA TA’ ANTIOCHIA, ALESSANDRIA U ĠERUSALEMM

Is-Sibt, 17 ta’ April, 2010, l-Arcisqof Pawlu Cremona OP iltaqa’ ma’ l-E.T. Gregorju III, Patrijarka ta’ Antiochia, Alessandria u Ġerusalemm, fil-Kurja.

Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]

Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek… Kompli aqra »

L-Evanġelu tal-Jum -17 ta’ April

Gwanni 6,16-21

Xħin sar filgħaxija, id-dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-baħar, rikbu dgħajsa u ġibdu għax-xatt l-ieħor tal-baħar, lejn Kafarnahum. Kien ġa dalam, u Ġesù kien għadu ma ġiex jilħaqhom. Il-baħar kien qam sewwa, għax kien qiegħed jonfoħ riħ qawwi. Mela wara li kienu qadfu xi ħamsa u għoxrin jew tletin stadju, raw lil Ġesù miexi fuq il-baħar riesaq lejn id-dgħajsa, u beżgħu… Kompli aqra »